- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Tintemm l-avventura ta’ Mark Miller fit-tmun ta’ Hibernians FC

Posted By Sportinmalta On May 16, 2012 @ 12:51 am In Featured,Football | 3 Comments

Il-klabb tal-Hibernians FC irid javża li wara ġimgħat ta’ negozjati l-coach Mark Miller informa lill-klabb ta’ Hibernians FC li ma kienx se jġedded il-kuntratt tiegħu mal-klabb. Dan wara li diversi gimghat ilu gie avvicinat mill-klabb ta’ Valletta  u aċċetta l-offerta tagħhom, sabiex jingħaqad magħhom mill-istaġun li ġej.

Iffaċċjati b’din is-sitwazzjoni, kemm il-klabb u anke l-coachMark Miller ħassew li għandhom jitterminaw  il-kuntratt ta’ bejniethom b’effett immedjat.

Għaldqastant il-klabb għalissa ser jgħaddi r-responsabiltajiet ta’ coach lil Richard Mercieca, li se jkun assistit min Ndubisi Chukunyere.

Il-klabb jixtieq jirringrazzja lis-Sur Mark Miller tax-xogħol siewi li għamel mal-klabb.

 


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/tintemm-l-avventura-ta-mark-miller-fit-tmun-ta-hibernians-fc/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.