Tintemm l-avventura ta’ Mark Miller fit-tmun ta’ Hibernians FC

Wednesday, May 16, 2012, 0:51

Il-klabb tal-Hibernians FC irid javża li wara ġimgħat ta’ negozjati l-coach Mark Miller informa lill-klabb ta’ Hibernians FC li ma kienx se jġedded il-kuntratt tiegħu mal-klabb. Dan wara li diversi gimghat ilu gie avvicinat mill-klabb ta’ Valletta  u aċċetta l-offerta tagħhom, sabiex jingħaqad magħhom mill-istaġun li ġej.

Iffaċċjati b’din is-sitwazzjoni, kemm il-klabb u anke l-coachMark Miller ħassew li għandhom jitterminaw  il-kuntratt ta’ bejniethom b’effett immedjat.

Għaldqastant il-klabb għalissa ser jgħaddi r-responsabiltajiet ta’ coach lil Richard Mercieca, li se jkun assistit min Ndubisi Chukunyere.

Il-klabb jixtieq jirringrazzja lis-Sur Mark Miller tax-xogħol siewi li għamel mal-klabb.

 





3 Comments

  1. Bugeja says:

    Mhux Kollox tal habba gozz hawn daqs kemm mhux il league malti tal habba gozz!!!!

    [Reply]

  2. paola says:

    Joey:
    ma tistax tgħid ġurnalisti tal-ħabba gozz! skont ma’ min. Tinsiex li ta’ Jackson Lima tgħidx kemm investigaw, urew filmati bil-mod u pressjoni biex issir ġustizzja.

    imma inti rajt xi ħaġa fuq il-pastażata li għamlu l-Beltin fil-grawnd nhar is-Sibt? mill-ġurnalisti kollha min ma semma xejn u min qal biss sentenza. Ħadd ma ħass li hi mportanti, lanqas min jippretendi li hu l-espert tal-ġurnaliżmu!

    [Reply]

  3. Joey says:

    Fehmuni haga imma kowc taht kuntratt kif jista jifthiem ma klabb iehor meta s-season ghadu ma spiccax? Din l-MFA ma tinvestigahiex? u l-gurnalisti din am jarawhiex jew erbgha gurnalisti tal-habba gozz ghandna go dan il-pajjiz?

    [Reply]

Leave a comment