Tim tal-waterpolo ġdid għall-Kottonera

Monday, May 10, 2010, 16:53

F’konferenza stampa fiċ-Ċentru ta’ Senglea Nursery, din in-nursery ħabbret it-twaqqif tal-Cottonera Aquatic Club, klabb tal-Waterpolo għat-tfal u żgħażagħ tal-Kottonera kollha..

Stephen Spiteri jindirizza il-konferenza stampa

Il-President ta’ Senglea Nursery, Stephen Spiteri, indirizza din il-konferenza stampa, fejn saħaq fuq l-importanza li għandu l-isport f’ħajjitna, kemm għall-ġisem, biex dan jibqa’ b’saħħtu, kif ukoll jgħin biex ibiegħed vizzji ħżiena. Għalhekk Senglea Nursery, hija nursery li għalkemm il-futbol huwa l-isport prinċipali tagħha, din ma tiffukax biss fuq il-logħba tal-futbol. Hi toffri varjetà ta’ attivitajiet, biex b’hekk tħajjar numru kbir ta’ tfal u żgħażagħ, kemm bniet kif ukoll subien, tal-Kottonera, jipparteċipaw f’attivitajiet, logħob u sport li l-aktar jogħġbuhom u jolqtuhom u issa għandhom iċ-ċans jingħaqdu ma’ dan it-tim tal-Waterpolo, il-Cottonera Aquatic.

Għal dan l-istaġun, spjega Stephen Spiteri, l-iskop ta’ Cottonera Aquatic, hu dak li jrawmu lit-tfal u żgħażagħ, fil-ħiliet tal-għawm. Dawn se jiġu imħarġa minn kowċis professjonali u jingħaqqad l-ewwel tim tal-juniors, biex mis-sena d-dieħla, Cottonera Aquatic tibda tikkompeti fil-kampjonat tal-juniors tal-Waterpolo.

Dan is-Sajf, minbarra t-taħriġ, Cottonera Aquatic se torganizza sensiela ta’ logħbiet friendly, biex bihom jieħdu l-esperjenza fil-logħba tal-Waterpolo. Dan ser iwassalhom għal titjib fil-kapaċitajiet u l-ħiliet tagħhom f’din il-logħba akwatika.

Stephen Spiteri, qal li dan it-tim tal-Waterpolo, se jitmexxa mill-kumitat ta’ Senglea Nursery u s-sede ta’ dan il-klabb se jkun ġewwa ċ-Ċentru ta’ Senglea Nursery. Qal ukoll li l-pitch tal-Waterpolo se jiġi insallat ix-xahar id-dieħel u dan se jkun man-naħa fejn hemm il-grawnd tal-Ponta.

Il-ħsieb hu dak li t-tfal u żgħażagħ kollha tal-Kottonera, li jinteresshom il-Waterpolo, jingħaqdu f’dan it-tim…tim wieħed…tim tal-Kottonera kollhu…il-Cottonera Aquatic. Stephen Spiteri qed iħajjar lil kulħadd, anki lil dawk li joqogħdux il-Kottonera, jissieħeb ma’ dan it-tim, biex b’hekk dan it-tim ikun wieħed kbir u b’saħħtu.

Stephen Spiteri, ikkonkluda billi spera li dak li Senglea Nursery qegħda tagħmel għat-tfal u żgħażagħ tal-Kottonera, iservi ta’ ġid u jġib miegħu ferħ u entużjażmu f’dawk li se jogħġobhom jingħaqdu mal-Cottonera Aquatic Club!

Preżenti kien hemm il-President tan-Nursery ta’ St.Georges, l-Onorevoli Chris Agius u rappreżentant minn Nursery tal-Birgu. Dawn kollha qabblu li bħala klabb tal-Waterpolo tal-Kottonera, dawn se jgħatu l-għajnuna meħtieġa, biex il-klabb ta’ Cottonera Aquatic, ikompli jissaħħaħ u jimxi ‘il quddiem.

Dawk it-tfal u żgħażagħ, li jixtiequ jiffurmaw parti minn Cottonera Aquatic, jistgħu jiġbru applikazzjoni miċ-Ċentru ta’ Senglea Nursery, jew jibagħtu e-mail lil sengleanursery@hotmail.com, jew iċemplu fuq 79373836, jew imorru japplikaw fin-nurseries ta’ St.George’s jew ta’ Vittoriosa Stars.





3 Comments

  1. Michele Agius says:

    prosit would be great to see more people and interest in the game , which in fact is Malta’s best sport – results show it. A pity all that money is just wasted on football. Good luck

    [Reply]

  2. oliver tanti says:

    On behalf of all Sirens ASC committee, we wish you all the best in your new adventures. We are also ready to help you in any techinal and logistical problems that may arise.

    [Reply]

  3. kola says:

    Prosit, this is the way ahead. Those clubs which have closed down in the recent years such as Barracudas, Mxlokk, Valletta, Shingles (was never really a club) should follow this up closely.

    [Reply]

Leave a comment