Tim Nazzjonali Malti tas-Snin ’80 u ’90

Friday, May 11, 2012, 9:25


Il-Malta Football Association tavża li l-ewwel sessjoni ta’ taħriġ tat-tim nazzjonali tas-Snin ’80 u ’90 taħt il-gwida tal-kowċ Pippo Psaila se ssir it-Tnejn 14 ta’ Mejju 2012 fis-7.00pm, fit-‘training grounds’ tal-MFA, f’Ta’ Qali.

It-taħriġ tal-eks plejers mistenni jsir fuq bażi regolari sas-16 ta’ Ġunju 2012, il-ġurnata li fiha se tintlagħab il-partita ta’ ħbiberija kontra l-Italja tal-istess Snin, fl-istadium ta’ Modica fi Sqallija.

 

 

 

 





Leave a comment