- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Tim Malti jittanta xortih fil-Logħob Dinji tas-Seniors f’Las Vegas.

Posted By Sportinmalta On August 14, 2019 @ 5:42 pm In Bowling,Featured | No Comments

Mark Spiteri, Dennis Mercieca, Kenneth Arpa u Steve Cassar ntgħażlu hekk kif spiċċaw fl-ewwel pożizzjonijiet skont kriterji magħżulin mill-assoċjazzjoni bbażati fuq il-logħob fil-lig, turnaments u kampjonati nazzjonali. Spiteri ħa jkun il-kowċ tat-tim Malti waqt dan il-logħob.

Is-Senior World Bowling Championships, li ser jintlagħbu bejn it-2 u l-10 ta ’Settembru, jinkludu 162 raġel u 106 mara minn 42 pajjiż differenti, fosthom uħud mill-aqwa plejers professjonisti bħal Walter Ray Williams Jr., u Parker Bohn III. Il-plejers Maltin ser jieħdu sehem fis-singles, doubles, tim, All Events u l-Masters.

Grazzi kbira tmur lill- VISITMALTA.com, MTBA and Eden Superbowl, li taw għajnuna importanti biex it-tim Malti jkun jista jieħu sehem f’dawn il-kampjonati tad-dinja fl-Amerka.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/tim-malti-jittanta-xortih-fil-loghob-dinji-tas-seniors-flas-vegas-2/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.