- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Tim Malta jikseb it-tielet post fil-kampjonati tal-Karate f’Leipzig

Posted By Sportinmalta On May 9, 2018 @ 3:15 pm In Featured,Judo/Karate | No Comments

18-il atleta minn Malta Karate Federation bl-eta’ bejn 7 u 17-il sena ippartecipaw fil-kampjonati tal-karate li seħħew f’Leipzig fil-Ġermanja nhar is-Sibt 6 ta’ Mejju, 2018.

Atleti minn La Salle Karate Club u Zebbug Karate Club, li kienu fost is-600 atleta li ħadu sehem kemm fil-Kata kif ukoll fil-Kumite fejn kisbu 9 l-ewwel post, 7 it-tieni u 5 it-tielet u b’hekk poġġew lil Malta fit-tielet post fost 18-il pajjiz.  Il-kowċ nazzjonali tal-Kata Sensei Joe Tanti, il-kowċis nazzjonali tal-Kumite Sensei Josef Antonelli u Sensei Joseph Mizzi akkompannjaw lill-atleti.

“Dan ir-riżultat jimmotivana biex nibqgħu naħdmu flimkien bħala tim u niffukaw biex inkomplu intejjbu il-livell tal-Karate.  Nixtiequ nirringrazzjaw lil SportMalta u lill-Kumitat Olimpiku Malti għas-support kontinwu.”  Dan kien il-kumment ta’ Sensei Jesmond Schembri, id-direttur tekniku tal-Malta Karate Federation.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/tim-malta-jikseb-it-tielet-post-fil-kampjonati-tal-karate-fleipzig/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.