- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Tim Malta jġib lura 53 medalja mill-Logħob tal-COJI f’Sqallija

Posted By Sportinmalta On June 2, 2018 @ 11:52 am In Featured,Other | No Comments

Il-kontinġent Malti wettaq wieħed mill-aqwa prestazzjonijiet tiegħu fil-Comité d’Organisation des Jeux des Iles (COJI) fi Sqallija, meta l-atleti Matlin ġabu lura lejn Malta tlieta u ħamsin midalja – 10 Deheb, 11 Fidda u 32 Bronż.

Il-kontinġent Malti, li kien magħmul minn sitta u tletin atleta ta’ etajiet bejn l-14 u s-16-il sena, ikkompetew ma 1,000 atleta oħra li rrappreżentaw tnax-il pajjiż – l-Ażores, il-Gżejjer Baleariċi, Corfu, Korsika, Elba, Gujana, Jersey, Madeira, Malta, Martinique, Sqallija u Sardegna.

Malta kisbet medalji fid-dixxiplini kollha li ħadet sehem fihom – L-Atletika, il-Ġinnastika, il-Karate, it-Table Tennis, l-Ibburdjar u l-Għawm.

L-atletika pproduċiet l-ogħla numru ta’medalji tad-deheb, b’7 medali. Intrebħu wkoll 8 fidda u 4 Bronz.  Prestazzjonijiet notevoli ġew reġistrati mit-tewmin El Aida Chaffey – Jacob u Omar, b’tal-ewwel jikseb tliet midalji tad-deheb, filwaqt li ħuħ Omar kiseb żewġ midalji tad-deheb u tnejn tal-fidda. Wirjiet notevoli kienu rreġistrati minn Sarah Chouhal li kisbet żewġ midalji tad-deheb f’Relay u il-Hammer, kif ukoll Bronż fl-400m. Prestazzjonijiet oħra notevoli ġew irreġistrati minn Alessia Cristina, Rachela Pace u Suzanne Buttigieg fir-relay, meta huma ġabu medalja tad-deheb.  L-isforzi ta’Mariah Zahra fid-discus ukoll ġabu medalja oħra tad-deheb għal Malta filwaqt li Kurt Zahra, membru tat-tim rebbieħ tal-midalja tad-deheb ta’relay maskili, irreġistra rekord nazzjonali fit-200m. Zahra huwa l-ewwel atleta Malti U16 li jirreġistra ħin taħt it-23 sekonda fit-tellieqa ta’ 200m.

Id-dixxiplina tal-għawm ġab l-ogħla numru ta’ medalji, b’żewġ medalji tal-fidda fir-relay  u  tmintax-il medalja tal-bronż fid-diversi dixxiplini. Minbarra l-medalji mirbuħa, l-għawwiema Maltin rreġistraw ukoll l-aħjar ħin personali kif ukoll riżultati tajbin oħra meta mqabbla ma dawk ta’ xi atleti b’iktar esperjenza. Dan ir-riżultat żgur ser jgħin lill-għawwiema żgħażagħ jimxu l-quddiem u jaspiraw biex itejbu l-livelli tagħhom.

It-tim tat-Table Tennis  kiseb sitt midalji tal-bronż permezz tal-isforzi ta’ Anthea Cutajar, May Zahra, James Vella Vidal u Conrad Puli. Din hija l-ewwel darba li Table Tennis rebaħ midalji f’dawn il-Logħob. It-tim ingħata wkoll it-trofew għat-tielet post globali.

Il-ġinnastika kiseb suċċess fl-Floor, Vault u Beam meta Ella Borg u Rebecca Xuereb kisbu erba medalji. Tlieta minnhom ġew mirbuħa minn Ella Borg –  deheb (Vault), fidda (Beam) u Bronż (Floor), filwaqt li Rebecca Xuereb ħadet Bronż (Beam).

Fil-Karate Joelle Farrugia kisbet deheb f’Kumite filwaqt li Sean Micallef ħa Bronż f’Kata fil-kategorija tal-Kadetti.

Fl-Ibburdjar iż-żgħażagħ Richard Schultheis kiseb medalja tad-deheb filwaqt li Saul Vassallo ħa Bronż. Minkejja l-età żgħira tagħhom, iż-żewġ atleti jikkompetu regolarment fuq livell internazzjonali u l-impenn li jmiss ser jkunu il-Kampjonati tad-Dinja tal-IODA.

Din kienet waħda mill-aqwa snin għal-Malta fil-COJI, mhux biss minħabba il-medalji,  miksuba,  iżda wkoll minħabba l-fatt li numru ta’ rekords nazzjonali ġew miksura u numru t’atleti kisbu l-aħjar hin personali. Dawn il-Logħob jagħtu introduzzjoni tajba għal kompetizzjonijiet internazzjonali lil-atleti żgħażagħ u promettenti tagħna “spjegat ix-Chef de Mission u d-Direttur tal-Media talk-Kumitat Olimpiku Malti, Maria Vella-Galea. “Aspett ieħor partikolarment sodisfaċenti kien is-sens ta’ ħbiberija u l-appoġġ bejn l-atleti Maltin”.

Il-Logħob tal-COJI intemmew b’ċerimonja ta’għeluq li saret f’Catania. Malta ngħatat it-Trofew għas-seba post li nġabart mix-Chef de Mission Maria Vella-Galea li kienet akkumpanjat minn Jacob El Aida Chaffey u Sarah Chouhal, bħala ż-żewġ atleti li kisbu l-aktar medalji.

Sqallija ħadu l-ewwel post, segwiti minn Korsika u l-Gżejjer Baleariċi.

Team Malta Medalji – COJI 2018 Sicilia

 

Deheb

Fidda

Bronż

Totali

Atletika

7

8

4

19

Ġinnastika

1

1

2

4

Karate

1

0

1

2

Ibburdjar

1

0

1

2

Għawm

0

2

18

20

Table Tennis

0

0

6

6

10

11

32

53

Deheb – 10

Atletika

Relay (100-200-300-400) -  Daniel Borg Ferrando, Kurt Zahra, Omar El Aida Chaffey, Jacob El Aida Chaffey

Relay (100-200-300-400) – Suzanne Buttigieg, Rachela Pace, Alessia Cristina, Sarah Chouhal

100m -  Jacob El Aida Chaffey

200m – Jacob El Aida Chaffey

400m – Omar El Aida Chaffey

Hammer – Sarah Chouhal
Discus – Mariah Zahra

Ġinnastika

Ella Borg (Beam)

Karate

Joelle Farrugia

Ibburdjar

Richard Schultheis

Fidda – 11

Athletics

100m – Omar El Aida Chaffey

200m – Alessia Cristina

200m – Omar El Aida Chaffey

Long Jump – Rachela Pace

Hammer – Mireya Cassar

Hammer – Karol Spiteri

Shot Put – Mireya Cassar

Discus – Mireya Cassar

Ġinnastika

Ella Borg (Vault)

Għawm

4 x 100m Relay  -  Sasha Gatt, Emily Grech Carr, Victoria Montfort and Hailey Pawley.

4 x 100m Relay  – Michele Azzopardi, Jovan Lekic,Timmy Hansford, Luke Sullivan

Bronż – 32

Atletika

100m – Alessia Cristina

100m – Kurt Zahra

400m – Sarah Chouhal

Javelin – Mireya Cassar

Ġinnastika  

Ella Borg (Floor)

Rebecca Xuereb (Vault)

Karate  

Sean Micallef

Għawm

50m Freestyle -  Emily Grech Carr

50m Backstroke – Emily Grech Carr

50m Breast – Maya Galea

50m Breast – Michele Azzopardi

100m Breast – Michele Azzopardi

100m Breast – Maya Galea

100m Back – Emily Grech Carr

100m Free – Luke Sullivan

100m Free – Sasha Gatt

200m Freestyle – Sasha Gatt

200m Freestyle – Jovan Lekic

200m back – Emily Grech Carr

400m Freestyle -Jovan lekic

400m Freestyle – Sasha Gatt

800m Freestyle – Emily Grech Carr

1500m Freestyle – Andre Camilleri

4 x 100m IM – Boys -  Timmy Hansford, Luke Sullivan, Michele Azzopardi, Jovan Lekic

4 x 100m IM – Girls – Sasha Gatt, Maya Galea, Emily Grech Carr, Hailey Pawley

Ibburdjar

Saul Vassallo

Table Tennis

Mixed Doubles – James Vella Vidal/ May Zahra

Ladies Doubles – Anthea Cutajar / May Zahra
Mens Doubles -  James Vella Vidal/Conrad Puli

Boys Team  – James Vella Vidal/Conrad Puli

Girls Team – Anthea Cutajar / May Zahra

Girls Singles – Anthea Cutajar


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/tim-malta-jgib-lura-53-medalja-mill-loghob-tal-coji-fsqallija/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.