Tiħrax il-ġlieda għal post fil-playoffs

Tuesday, February 10, 2015, 8:29

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI

minn Colin Schembri

Hibs 64

St. Nicholas Suns 56

(12-9)(17-20)(15-8)(20-19)

Hibs kisbu s-seba’ rebħa tagħhom fil-kampjonat meta għelbu lil St. Nicholas Suns 64-56. Huma kienu mingħajr Gabriel Agius, Simon Attard u Kurt Sultana fil-waqt li Suns irkupraw lil Keith Scicluna. Suns fetħu l-partita bi trippla ta’ Michael Barberi però Hibs irrispondew b’run ta’ 10-4 bil-punti ta’ Kieron Caruana. Michael Giusti u Luke Farrugia. Barberi u Caruana għamlu basket ieħor kull wieħed biex Hibs temmew l-ewwel perjodu 12-9 minn fuq. Fit-tieni sessjoni Suns ħadu l-vantaġġ wara run ta’ 15-3. Huma kellhom it-trippli ta’ Louis Camilleri u tnejn minn Barberi. Hibs ukoll wieġbu bi trippli ta’ Caruana u l-punti ta’ Fabrizio Mariani u sal-intervall irnexxielhom iġibu l-iskor indaqs 29-29.

Suns reġgħu ħadu l-vantaġġ fil-ftuħ tat-tielet perjodu b’aktar punti ta’ Barberi flimkien ma’ Lee Grech. Huma kienu 4 minn fuq 37-33 iżda hawn Hibs għamlu run ta’ 8-0 li għalquha bi trippla ta’ Farrugia biex fetħu vantaġġ ta’ seba’ punti 44-37. Fil-bidu tal-aħħar taqsima, ż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin però Hibs kellhom żewġ baskets minn Giusti u Mariani biex marru 12 minn fuq 52-40. Suns tħabtu biex inaqqsu d-distakk hekk kif kellhom trippla oħra ta’ Barberi u l-punti ta’ Robert Mercieca u Camilleri. Huma rnexxielhom jaslu sa’ seba’ punti ‘l bogħod 49-56 però Hibs komplew jikkontrollaw u żammew il-vantaġġ stabbli grazzi għal punti ta’ Mariani biex rebħu l-partita 64-56.

Hibs: M. Giusti 10, M. Humpton, A. Baldacchino, L. Farrugia 11, K. Vella, M. Roomets, K. Caruana 16, R. Cortis, M. Formosa, S. Vella 2, F. Mariani 25, D. Ross.

St. Nicholas Suns: A. Pace 1, S. Borg, R. Camilleri, L. Grech 5, H. Agius 6, M. Barberi 20, K. Scicluna, R. Mercieca 5, R. Camilleri, S. Cauchi 2, L. Camilleri 17.

Referees: Gordon Barbara, Cesar Baena.

Starlites 39

Phoenix Frank Salt 65

(6-20)(7-16)(14-17)(12-12)

Phoenix Frank Salt irritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Starlites 65-39. Iż-żewġ timijiet kellhom xi players regolari nieqsa hekk kif Starlites kienu mingħajr Anthony Schembri u Phoenix kellhom nieqes lil Antoine Costa li sar missier għall-ewwel darba meta flimkien ma’ martu Greta Costa, player ta’ Luxol, kellhom l-ewwel tarbija tagħhom. Phoenix kellhom bidu qawwi tal-partita fejn kisbu l-ewwel 15 –il punt minn Luke Azzopardi, Daniel Cuenca u Darryl Pisani. Starlites irkupraw bi break qasir ta’ 6-2 qabel ma Azzopardi għalaq it-taqsima bi trippla għal Phoenix għal skor ta’ 20-6. Il-bidu tat-tieni perjodu kien aktar bilanċjat b’punti fuq iż-żewġ naħat. Phoenix għaddew biex għamlu break ta’ 10-0 bil-punti ta’ Andras Toompere. Starlites għamlu l-aħħar punti qabel l-intervall u Phoenix daħlu jistrieħu 36-13 minn fuq.

Starlites fetħu t-tielet taqsima bil-punti ta’ Thomas Grech b’Toompere jwieġeb bi trippla għal Phoenix. Phoenix komplew bi break ieħor ta’ 8-0 però Starlites kellhom il-punti ta’ Alec Felice Pace fosthom trippla. Toompere wkoll kellu trippla għal Phoenix għal skor ta’ 53-27. Fl-aħħar sessjoni, bir-riżultat aċċertat, Phoenix setgħu jikkontrollaw il-partita bil-coach Kevin Zammit idawwar il-players tiegħu kollha. Starlites kellhom aktar punti min Thomas Grech fosthom minn Terence Gatt. Il-punti ta’ Phoenix kienu aktar mifruxa fost il-players tagħhom biex huma rebħu l-partita 65-39.

Starlites: T. Gatt 9, D. Massa 4, C. Doublet 2, C. Schembri 2, M. Falzon 2, A. Felice Pace 9, J. Agius, JP Borg, L. Vella, T. Grech 11.

Phoenix Frank Salt: L. Azzopardi 10, D. Pisani 9, R. Curmi 2, D. Debattista 2, M. Fenech, C. Camenzuli 3, D. Cuenca 9, C. Briffa 6, J. Ransley 8, A. Toompere 18.

Referees: Emanuel Mangani, Cesar Baena.

Mellieħa Mr. Green 59

Athleta 53
(14-9)(16-14)(14-12)(15-18)

Mellieħa Mr. Green komplew bil-mument posittiv tagħhom u saħħew it-tieni post tal-klassifika fejn flimkien ma’ Hibs huma ċerti minn post fil-play-offs. Athleta wkoll għadhom fil-ġlieda fejn l-aħħar żewġ postijiet iridu jimtlew minn tlett timijiet. Fil-bidu tal-partita l-punti bdew ġejjin bil-mod u għalkemm Mellieħa fallew diversi free-throws, huma rnexxielhom jiftħu vantaġġ żgħir ta’ 8-3 fis-sitt minuta. Athleta wieġbu bil-punti ta’ Matthew Gouder u Will Hopper però Mellieħa żammew il-vantaġġ wara l-baskets ta’ Robert Loporto, Rihards Polis u Joshua Aquilina għal skor ta’ 14-9. Mellieħa kellhom ftuħ qawwi fit-tieni perjodu meta għamlu run ta’ 11-1 b’punti ta’ Emanuel Lupo u trippla ta’ Polis għal skor ta’ 25-10. Athleta rkupraw fejn kienu huma li għamlu break ta’ 11-0 bi trippla ta’ Martin Krastev u baskets ta’ Hopper. Loporto għamel trippla għal Mellieħa li għalqu t-taqsima b’basket ta’ Jan Stupka għal skor ta’ 30-23.

Wara l-intervall, reġgħu kienu Mellieħa li kellhom bidu tajjeb din id-darba bil-punti ta’ Aquilina, Polis u Loporto u sa’ nofs is-sessjoni kienu 45-23 minn fuq wara run ta’ 12-0. Athleta, għal darb’oħra, rkupraw bi break ta’ 10-0 bi trippli ta’ Steve Gouder u Krastev. Fl-aħħar minuta kien hemm basket fuq kull naħa, biex Mellieħa baqgħu minn fuq 44-35. Fil-ftuħ tal-aħħar taqsima Ian Terribile fetaħ bi trippla għal Mellieħa b’Athleta jirrispondu bil-punti ta’ Krastev. Mellieħa kellhom il-punti ta’ Lupo u Polis . FL-aħħar żewġ minuti Athleta kellhom run ta’ 10-1 però din ma kienetx biżżejjed għalijhom biex isalvaw il-partita biex Mellieħa ħarġu rebbieħa 59-53.

Mellieħa Mr. Green: C. Grixti, M. Farrugia 1, N. Muscat, S. Aquilina 4, R. Polis 11, R. Loporto 11, J. Stupka 4,  J. Aquilina 12, E. Lupo 13, I. Terribile 3, P. Magro.

Athleta: W. Hopper 10, F. Mifsud Bonnici 3, R. Bezzina, D. Buhagiar,  M. Gauchi Montaldo 2, J. Wait 2, M. Gouder 12, M. Krastev 14, S. Vincic 3, S. Gouder 8.

Referees: Luke Camilleri, Brian Sly.

 

Klassifika Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Hibs

7

7

0

14

493

367

Mellieħa Mr. Green

8

6

2

14

436

407

Phoenix Frank Salt

8

4

4

12

437

443

Athleta

7

4

3

11

441

387

St. Nicholas Suns

8

3

5

11

434

435

Starlites

8

0

8

8

390

592

 





Leave a comment