- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Tiħrax il-ġlieda għal post fil-play-offs

Posted By sportinmalta1 On March 12, 2018 @ 3:34 pm In Basketball,Featured | No Comments

Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa

minn Colin Schembri

Hibernians 60

Depiro 71

(14-15)(16-15)(16-22)(14-19)

Depiro kisbu rebħa oħra fil-ġlieda tagħhom għal post fil-play-offs hekk kif reġgħu għelbu lil Hibernians ftit ġranet wara li rebħulhom fis-semi-finali tan-Knock out. Hibs kellhom nieqsa lil Sam Brincat fil-waqt lil Sophie Abela u Maria Said kienu biss spettaturi fuq il-bank. Depiro, issa taħt it-tmexxija tal-coach Ruben Baldacchino, kellhom l-inklużjoni ta’ Laura Vella fil-formazzjoni tagħhom. Il-partita rat lil Hibs jieħdu vantaġġ b’żewġ trippli ta’ Ema Micallef flimkien ma’ Elena Cassar, Iona Agius u Rachel Kehoe. Minn hemm ‘l quddiem kienu Depiro li għamlu l-punti b’run ta’ 9-0 fosthom trippla ta’ Steffi De Martino flimkien ma’ Maria Bonett u Claire Ciantar biex temmew l-ewwel sessjoni punt minn fuq 15-14. Fit-tieni perjodu, l-andament tal-partita rrepeta ruħhu fejn l-ewwel kienu Hibs li fetħu b’run ta’ 13-2 fosthom trippla ta’ Cassar u punti ta’ Kehoe u Kristy Caruana biex fetħu vantaġġ t’10 punti 27-17. Depiro rkupraw u kienu huma li għalqu s-sessjoni b’run ta’ 13-3 bi trippla ta’ Martina Scicluna li kienet qieghda tirritorna fl-ewwel diviżjoni wara nuqqas twil. Fl-intervall l-iskor kien fuq parita ta’ 30 punt kull team.

Fit-tielet sessoni, Depiro fetħu bil-punti minn De Martino li kellha żewġ trippli oħra flimkien ma’ Ciantar. Hibs ukoll kellhom it-trippli minn Micallef u Silvia Gambino però Depiro baqgħu fuq quddiem hekk kif il-punti bdew ġejjin fuq iż-żewġ naħat. Fl-aħħar taqsima, Depiro komplew bit-trippli tagħhom minn Nicole Agius li kellha tnejn flimkien m’oħra ta’ Bonett f’run ta’ 11-0 li rathhom jiftħu vantaġġ qawwi 63-46. Micallef għamlet ir-raba’ trippla tagħha iżda De Martino wkoll kompliet bil-punti tagħha għal Depiro li żammew distakk tajjeb 69-51. L-aħħar sforzi oħra ta Hibs issarfu fi break ta’ 9-2 bi trippla oħra ta’ Gambino però Depiro komplew jikkontrollaw biex ħarġu rebbieħa 71-60.

Hibs: E. Micallef 13, E. Cassar 9, S. Gambino 10, K. Calleja, I. Agius 2, J. Abela 3, S. Abela, K. Caruana 3, N. Farrugia, R. Kehoe 16, M. Said, J. Scerri 4

 

Depiro: M. Scicluna 3,  T. Mifsud , L. Vella, C. Camilleri , M. Bonett 15, S. DeMartino 29,  N. Agius 6, No. Agius, A. Lloyd 10, J. Xuereb 2, C. Ciantar 6

Referees:  Bernard Vassallo, Nicky Azzopardi, Kamil Dworniczak

Starlites 60

Gżira Athleta 69

(21-15)(9-11)(14-18)(16-25)

Gżira Athleta pattew għat-telfa li sofrew fl-ewwel

Ritratt: Wally Galea

round kontra Starlites GIG meta għelbuhom 69-60 biex b’hekk tlett timijiet jinsabu b’erba’ rebħiet u 4 telfiet. Il-ġlieda għal post fil-play-offs issa trid tkun deċiża fit-tielet round li se jibda fi ftit ġranet oħra. Starlites issa tilfu tliet logħbiet konsekuttivi, u jidhru li tilfu l-momentum li ndew biex l-istaġun meta tilfu l-erba’ partiti tat-tieni round wara li fl-ewwel round rebħhuhom kollha. Huma ntroduċew player Spanjola oħra, Iranza Drake Ruiz-Villar, li għal xi ħin ukoll ħadet sehem fil-partita. Starlites fetħu bi trippla ta’ Kristy Galea u żammew il-vantaġġ tul is-sessjoni kollha. Amelia Simmons bdiet tikseb il-punti tagħha, u Leanne Duncan għamlet trippla biex Athleta naqqsu d-distakk għal punt. Run ta’ 7-0 minn Starlites bi trippla ta’ Patricia Arguell rathom jagħlqu s-sessjoni 21-15 minn fuq. Fit-tieni perjodu, kien hemm aktar punti ta’ Galea għal Starlites għalkemm Simmons kompliet twieġeb għall-Athleta. Lejn tmiem is-sessjoni d-distakk niżel għal tlett punti qabel ma Starlites għalqu bi freethrow ta’ Hayley Acreman għal skor ta’ 30-26.

Wara l-intervall, Athleta bdew tajjeb meta kellhom sensiela ta’ three pointers minn Beverlee Zammit, Julia Schembri u Antoinette Borg biex fetħu vantaġġ ta’ 5 punti 37-32. Starlites irkupraw bi break qasir ta’ 8-0 minn Arguello, Stephanie Davies u Jean Doughty u t-taqsima ntemmet f’parita 44-44. Fl-aħħar sessjoni kienet Borg li kisbet tlett three pointers konsekuttivi flimkien ma’ Simmons biex marru 8 minn fuq 60-52. Starlites tħabtu biex inaqqsu d-distakk b’żewġ trippli ta; Galea u Doughty però Athleta serrħu rashom mir-riżultat wara free-throws minn Simmons, Duncan u Zammit biex rebħu l-partita 69-60.

Starlites GIG: M. Zammit Cordina, K. Galea 18, J. Doughty 6, S. Farrugia, H. Acreman 3, I. Drake Ruiz Villa 2, M. Riolo 2, L. Pirotta, P. Arguello 19, P. Cutajar 2, S. Davis 8, A. Lupo   

Gżira AthletaB. Zammit 8, S. Pisani, L. Duncan 7, A. Simmons 30, D. Said Hollier 2, A. Borg 14, J. Schembri 7, S. Vella 1, E. Pace, C. Mifsud

Referees: Tuomas Mantere, Nicky Azzopardi, Ivica Simic. 

Klassifika Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Hibs

8

5

3

13

455

412

Gżira Athleta

8

4

4

12

457

454

Starlites

8

4

4

12

434

471

Depiro

8

4

4

12

442

445

Caffe Moak Luxol

8

3

5

11

450

456


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/tihrax-il-glieda-ghal-post-fil-play-offs/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.