Tiħrax il-ġlieda għal post fil-play-offs

Tuesday, March 5, 2019, 18:38

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

minn Colin Schembri

Depiro 76

Hibernians 85

(16-20)(22-18)(17-23)(21-24)

F’partita li fiha iltaqgħu iż-żewġ finalisti tan-Knock out, Hibs għelbu lil Depiro 85-76 biex komplew bil-ġlieda tagħhom għall-ewwel post fil-waqt li Depiro huma eleminati minn post fil-play-offs. Depiro għandhom żewġ rebħiet fil-kampjonat u propju waħda minnhom kisbuha kontra l-Hibs fl-ewwel round però din id-darba kienu c-champions li spiċċaw fuq in-naħa rebbieħa. Hibs fetħu tajjeb bil-punti ta’ Luca Tardito u trippla ta’ Alvaro Lizaur però Depiro qalbu l-iskor wara baskets ta’ Trent Steen u Keshaun Hamilton 14-11. Reġgħu kienu Hibs li għamlu run ta’ 9-2 fosthom trippla oħra ta’ Lizaur biex temmew l-ewwel sessjoni 20-16 minn fuq. Hibs komplew iżidu l-vantaġġ fil-ftuħ tat-tieni taqsima b’żewġ trippli ta’ Roderick Vella fi break ta’ 8-0. Depiro kellhom risposta b’żewġ three pointers minn Jack Nygaard u Omar Said u komplew b’run ta’ 10-0 bejn Nygaard u Adam Chomo biex marru fuq quddiem 34-31. Ir-reazzjoni tac-champions waslet minn Lizaur bi trippla oħra u Chad Patus però three pointer ta’ Nicholas Grech ippareġja l-partita fuq skor ta’ 38-38.

Wara l-intervall, iż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin għalkemm Depiro fetħu vantaġġ żgħir ta’ 4 punti. Hawn wasal mument tajjeb għal Hibs fejn kellhom 4 three pointers minn Patus u Lizaur li rawhom itemmu l-perjodu 61-55 minn fuq. Fl-aħħar taqsima Hibs bdew b’run oħra ta’ 10-2 biex bil-mod bdew iżidu l-vantaġġ u għalkemm Depiro baqgħu jitħabtu sas-seba’ minuta Hibs kellhom vantaġġ ta’ 15 –il punt 77-62.  Fl-aħħar minuti, trippla ta’ Nygaard naqqset id-distakk u kien hemm sensiela ta’ free-throws fuq iż-żewġ naħat li kienu biżżejjed għal Hibs biex iżommhu lill-avversarji ‘l bogħod u jieħdu r-rebħa fuq skor ta’ 85-76.

Depiro: T. Steen 24, K. Hamilton 9, J. Attard, D. Farrugia 5, Mi. Mallia, N. Grech 3, O. Said 8, Ma. Mallia 4, M. Borg, J. Nygaard 14, A. Chomo 9, A. Attard.

 

Hibs: R. Vella 10, P. Attard, K. Sultana, L. Farrugia, M. Formosa, I. Bonett, L. Tardito 16, A. Axiaq 2, M. Matijevic, A. Lizaur 15, I. Demcesen 19, C. Cuschieri Patus 23.

Referees: Kamil Dworniczak, Tuomas Mantere, Malek Hraisha

Gżira Athleta 84

 

Bupa Luxol 72

(15-22)(23-13)(28-20)(15-17)

Gżira Athleta fetħu vantaġġ ta’ żewġ rebħiet fuq Bupa Luxol biex

Ritratt: Wally Galea

saħħew it-tielet post fil-klassifika u huma kważi ċerti minn post fil-play-offs. Iż-żewġ timijiet kienu bil-formazzjoni tipika tagħhom għalkemm Luxol kellhom nieqes lil Dirk Schembri li tant kellhu wirja posittiva fl-aħħar ħarġa tagħhom. Il-partita fetħet bi trippla ta’ Vukassin Jandric u basket ta’ Stefan Cappello għall-ewwel vantaġġ tal-vjola. Athleta rrispondew b’seba’ punti fosthom trippla ta’ Nathan Xuereb però Luxol reġgħu ħadu l-vantaġġ bil-punti ta’ Keith Dimech u trippla ta’ William Ahlberg. Athleta komplew jiġru wara l-avversarji però ma rnexxielhomx idawwru l-iskor sa’ tmiem is-sessjoni hekk kif Luxol kellhom il-punti ta’ Jandric u Jerrell Martin għal skor ta’ 22-15. Fit-tieni perjodu Luxol kabbru l-vantaġġ 27-19 però hawn Athleta bdew ir-rimonta tagħhom bi trippla ta’ Vincent Pace u għalqu t-taqsima bi break ta’ 8-2 minn Julio Guity, Nikola Vasovic u Connell Crossland għal skor ta’ 38-35.

Fit-tielet sessjoni kien Mattew Gouder li flimkien ma’ Guity u Pace bdew b’run ta’ 7-0 minn Athleta. Luxol kellhom risposta permezz ta’ Dimech u trippla ta’ Ahlberg però hawn waslet run oħra ta’ 11-0 minn Athleta bi trippla ta’ Gouder u l-punti ta’ Crossland biex Athleta fetħu vantaġġ ta’ 15 –il punt. Luxol ma ċedewx u wieġbu bit-three pointers ta’ Jean Paul Schembri u Martin però Athleta spiċċaw il-perjodu 11 minn fuq 66-55 wara trippla oħra ta’ Gouder. Fl-aħħar taqsima, Luxol waslu sa’ 5 punti ‘l bogħod wara żewġ trippli ta’ Ahlberg iżda Athleta laqtuhom b’run oħra ta’ 11-0 li kienet deċisiva hekk kif Luxol ma setgħux jerġgħu jirkupraw biex Athleta ħarġu rebbieħa 84-72.

Gżira Athleta: N. Vasovic 4, C. Crossland 14, P. Shoults, L. Stefanovic, A. Perunicic, N. Xuereb 4, M. Gouder 24, V. Pace 16, I. Mitrovic, J. Guity 22.

 

Bupa Luxol: CJ Cordina 2, V. Jandric 16, J. Martin 14, P. Englebert, JP Schembri 9, K. Dimech 7, W. Ahlberg 16, F. Sekulic 4,   S. Cappello 4.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Kamil Dworniczak, Daniella Torok

Floriana MCP Car Parks 72

 

Starlites GIG 96

(26-14)(19-31)(10-32)(17-19)

Starlites GIG kisbu s-seba’ rebħa wara li għelbu lil Floriana MCP Car Parks 96-72. Minkejja li r-riżultat finali jifred liż-żewġ timijiet b’24 punt, sal-intervall l-istorja kienet differenti meta ż-żewġ timijiet daħlu jistrieħu fuq parita ta’ 45-45. Floriana fetħu tajjeb u kienu huma li ħadu l-ewwel vantaġġ ta’ 15-6 fejn kellhom it-three pointers minn Kevin Liivamagi u l-Amerikan Ian Thiesen. Starlites sabu diffikulta biex jagħmlu l-punti u wara żewġ baskets ta’ Andrew Sears, Floriana għamlu run oħra ta’ 11-4 biex temmew l-ewwel sessjoni 26-14 minn fuq. Fit-tieni perjodu, Starlites bdew ġejjin lura speċjalment bil-punti ta’ Cameron Ward u Alec Felice Pace u naqqsu d-distakk għal 8 punti 24-32. Floriana wieġbu bi three pointers ta’ Shawn Pace u Liivamagi qabel ma Starlites għamlu run ta’ 17-2 bi trippli minn Felice Pace u Nick Formosa u punti minn Ward u Sears biex marru fuq quddiem 43-42 iżda punti fuq kull naħa għalqu s-sessjoni fuq parita 45-45.

Il-mument tajjeb ta’ Starlites kompla fit-tielet sessjoni hekk kif huma ħasdu għal kollox lill-avversarji tagħhom b’14 –il punt mingħajr risposta bi three pointers minn Jordan Stotts u Felice Pace. Thiesen waqqfilhom din ir-run iżda Starlites ma damux biex għaqqdu break ieħor ta’ 12-2 fejn Stotts kompla għaddej bit-three pointers u fi tmiem it-taqsima fetħu vantaġġ ta’ 22 punt 77-55. Fl-aħħar taqsima Ward kiseb tlett trippli oħra biex żamm il-vantaġġ komdu għal Starlites li fl-aħħar ħinijiet lagħbu wkoll lil players ta’ fuq il-bank bil-partita tagħlaq b’basket taż-żagħżugħ Ian Felice Pace għal skor ta’ 96-72.

Floriana MCP Car Parks: S. Pace 6, D. Bugeja 5, D. Camilleri, S. Borg, K. Caruana 3, K. Liivamangi 11, I. Arias, I. Thiesen 41, K. Xuereb, G. Hulsen 6, D. Agius.

 

Starlites Gig: A. Felice Pace 15, N. Formosa 9, R. Bonnici 5, I. Felice Pace 2, C. Ward 23, M. Falzon, M. Scerri, R. Carabott 4, W. Darley 3, A. Sears 20, J. Scotts 15.

Referees: Bernard Vassallo, Tuomas Mantere, Christine Xuereb

Klassifika Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Starlites GIG

9

7

2

16

844

720

Hibernians

8

7

1

15

714

552

Gżira Athleta

9

6

3

15

748

682

Bupa Luxol

9

4

5

13

762

718

Floriana MCP Car Parks

8

4

4

12

648

661

Depiro

9

2

7

11

763

800

Balkan Fusion

8

0

8

8

491

837

 





Leave a comment