Tiġrija ta’ 5 kilometri li saret fil-Belt Valletta organizzata mill-MESA

Monday, August 12, 2019, 7:55
Nhar il-Ħamis 8 ta’ Awwissu 2019, il-Malta Employees Sport Association (MESA) organizzat b’suċċess tiġrija ta’ 5 kilometri madwar il-Belt Valletta bil-kollaborazzjoni sħiħa tal-Valletta Cultural Agency.

Xejn anqas minn 145 atleta ħadu sehem fit-tiġrija – l-akbar ammont ta’ atleti li qatt ħadu sehem f’tiġrijiet bħal din organizzati mill-MESA – u din kienet ukoll l-ewwel darba li l-MESA organizzat fil-Belt Valletta. It-tiġrija bdiet minn Kastilja u daret id-dawra kollha tal-Belt Valletta biex spiċċat quddiem il-bini tal-Parlament fil-bidu ta’ Triq ir-Repubblika.

Irridu nsemmu wkoll li saret ukoll Walkathon ta’ żewġ kilometri li fiha ħadu sehem 20 partecipant. Dawn bdew ukoll minn quddiem Kastilja, niżlu minn Triq San Pawl u telgħu sa ħdejn il-Parlament minn Triq ir-Repubblika.




Leave a comment