Tiġrija ta’ 5 kilometri nhar il-Ġimgħa li ġej

Wednesday, November 13, 2013, 13:21

 

Nhar il-Ġimgħa, 15 ta’ Novembru se ssir it-tiġrija ta’ 5 kilometri fil-By Pass ta’ l-Imtarfa fit-3.00 p.m.

Il-ħlas ta’ parteċipazzjoni huwa ta’ €10 kull atleta, u se jkun hemm premjijiet mhux biss għall-ewwel tlieta klassifikati kemm maskili kif ukoll femminili imma anke premjijiet skont l-eta’ ta’ l-atleti u anke fuq bażi ta’ timijiet. Tim irid ikun iffurmat minnerba’ atleti u jgħoddu l-aħjar tliet ħinijiet minn fost l-erba’ atleti li jiffurmaw it-tim. Importanti illi l-atleti li se jieħdu sehem ikunu l-By Pass ta’ l-Imtarfa mhux aktar tard mis-2.30 p.m., jiġifieri nofs siegħa qabel tibda t-tiġrija.

 

 

Intant matul din il-ġimgħa ntlagħab programm ta’ tmien logħbiet oħra mill-Kampjonat li kellhom dawn ir-riżultati:

 

1 Diviżjoni

Malta Freeport v HSBC                             4-3

Central Bank v Maltapost                           0-5

 

2 Diviżjoni

CCF v Civil Protection                               4-3

Customs v VAT Dept                                5-1

 

3 Diviżjoni

KMS v AFM B                                           1-8

Qorti v Air Malta                                         3-4

Mater Dei B v ETC                                     3-5

MEPA v BOV B                                         5-1

 





Leave a comment