Tigi fi tmiemha l-avventura mill-aqwa fl-Awstrija ghal Luxol St Andrews Futsal Club.

Monday, August 28, 2017, 13:10

Esperjenza unika, grajja storika, wahda mill-aqwa fost successi rari ghall-isport Malti fix-xena nternazzjonali.

Wara din il-kwalifikazzjoni storika ghall-ewwel round propju tal-UEFA Futsal Cup, l-attenzjoni tad-dirigenza issa ddur fuq il-grupp li jmiss kontra avversarji ukoll diffficli, bhat-tliet teamijiet li Luxol laghbu kontrihom din il-gimgha fl-Awstrija.

Bejn l-10 u l-15 ta’ Ottubru Luxol se jkunu r-Rumanija biex fl-ewwel round propja ta’ din il-kompetizzjoni mal-aqwa 32 team tal-Futsal fl-Ewropa, jilghabu kontra Araz-Naxçıvan PFK tal-Azerbajgan, Mostar mill-Boznija Herzegovina, kif ukoll it-team li se jkun qed jospita dan il-grupp jigifieri r-Rumeni ta’ FC Deva.

Luxol Futsal telghu l-Awstrija ghal kwalifikazzjoni storika, mhux biss kisbuha, izda ghalqu l-grupp b’punti massimi – disgha, wara tliet rebhiet minn daqstant numru ta’ loghbiet.

7-1 fuq Diamant Linz, 9-2 fuq KMF Shkupi tal-Macedonja qabbel l-ahhar rebha fl-itqal loghba 4-3 fuq l-Izraeljani ta’ Maccabi Tel Aviv.

Qabel l-impenn fir-Rumanija f’nofs Ottubru ghal Luxol Futsal, issa lura Malta u fil-jiem li gejjin jibdew ihejju ghas-Super Cup li tiftah l-istagun domestiku tal-Futsal kontra Hamrun Spartans, rebbieha tan-Knock Out l-istagun li ghadda.

 





Leave a comment