- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Tiftaħ l-Atalanta Academy f’pajjiżna.

Posted By Sportinmalta On April 11, 2016 @ 8:10 pm In Featured,Football,Youth Football | No Comments

Gavin Muscat

Ilbieraħ waqt attivita li saret fil-grawnd ta’ Marsaxlokk, fetħet uffiċjalment l-Atalanta Academy f’pajjiżna li hija frott tas-sħubija uffiċjali ta’ Marsaxlokk FC u Atalanta BC.  Dan ifisser li n-nursery ta’ Marsaxlokk hija esklussivament l-uniku nursery f’pajjiżna li tagħmel parti mill-akkademja ta’ Atalanta BC.  Kull tifel Malti li jixtieq li jitħarreġ ma’ Atalanta BC irrid ikollu l-approvazzjoni tal-klabb Xlukkajr.  Minbarra dan fost il-bosta benefiċċji li ser jiggwadanja minnhom il-klabb Xlukkajr hemm żewġ kowċes Taljani għas-servizz tal-klabb matul l-istaġun kollu.

L-attivita’ bdiet b’konferenza tal-aħbarijiet li ndirizzawha Dott. Stefano Bonacorso li huwa d-direttur tekniku ta’ Atalanta BC, Claudio Lucchini d-direttur tekniku ta’ Atalanta BC għan-nofsinhar tal-Italja, Gaetano Farruggio id-Direttur tekniku Malti u s-Segretarju ta’ Marsaxlokk FC Joseph Mifsud.  Indirizza l-konferenza tal-aħbarijiet is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius li faħħar din l-inizzjattiva li fiha l-Maltin ser ikunu qed jieħdu esperjenza mingħand Atalanta BC filwaqt li jagħtu opportunitajiet ġodda liż-żgħażagħ tagħhom.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/tiftah-l-atalanta-academy-fpajjizna/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.