Tiftaħ il-Maratona tal-Pool fil-Kulleġġ Santa Margerita sekondarja subien tal-Birgu

Friday, May 20, 2011, 17:18

Fil-Kulleġġ Santa Margerita sekondarja subien tal-Birgu dalgħodu ingħata bidu ghat-tnax –il edizzjoni tal-Maratona tal-Pool bil-għan li jinġabru fondi b’riżq S.T.A.R.S., organizzazzjoni li l-ghan tagħha hi li tippromwovi inkluzjoni fost tfal bi b’dizabilita’.

Il-Maratona, li din is-sena se ddum 26 siegha, infetħet mill-assistent segretarju parlamentari għall-edukazzjoni Dr. Stephen Spiteri fil-prezenza tal-membri parlamentari laburisti tad-distrett Chris Agius u Stefan Buontempo.

Sittax -il student mill-iskola tal-Fortini qed jieħdu sehem f’din il-maratona li se tibqa’ ghaddejja sa ghada l-Gimgha f’nofs-in nhar.

Il-plejers parteċipanti ġew maqsuma f’żewġ gruppi u qed jikkompetu kontra xulxin b’sistema round robin sakemm jgħaddu għat-tieni fażi li mbagħad twassal għall-kwartifinali, semifinali u l-finali. L-għan tal-kompetizzjoni huwa li jinżamm l-entużjażmu fost il-parteċipanti, b’mod speċjali fil-ħinijiet ta’ bil-lejl meta l-għejja tibda tinħass sew. L-għan jibqa’ dejjem li permezz ta’ din l-attivita’ sportiva, jinġabru fondi sabiex tiġi mgħejjuna organizzazzjoni filantropika. Għaldaqstant kull plejer li qed jieħu sehem fil-maratona huwa rebbieħ.

Kollox bil-għan li jinġabru fondi għal S.T.A.R.S., grupp li ġie mwaqqaf is-sena l-oħra minn għadd ta’ ġenituri li għandhom tfal bi bżonnijiet speċjali. L-għan kien li jagħtu appoġġ lil xulxin filwaqt li jaħdmu sabiex issir aktar enfasi fuq l-abiltajiet tat-tfal milli fuq id-diżabilita’ tagħhom.





Leave a comment