Tibdiliet drastiċi mill-ASA

Wednesday, February 16, 2011, 15:16

Dalgħodu waqt konferenza stampa li saret fil-kwartieri ġenerali tal-ASA ġewwa l-Pixxina nazzjonali f’ Tal-Qroqq, tħabbru tibdiliet drastiċi fil-format tal-kampjonat tal-waterpolo kif ukoll ġie kkonfermat l-isponsorship tal-Bank of Valletta għal tliet snin oħra ma’ l-ASA kif ukoll mar-referess tal-watrerpolo f’ Malta.

Din id-darba l-isponsorship min-naħa tal-Bank of Valletta ħa tkun ogħla mill-ewwel tliet snin  għalkemm il-figura totali ma ġietx żvelata mill-ASA. F’din is-somma ingħata somma speċifika biex isir titjib fl-istruttura tal-Pixxina nazzjonali għall-benefiċċju tal-plejers tal-waterpolo kif ukoll għall-kowcis. Ukoll bħalissa għaddejjin diskussjoniiet bejn il-Kunsill Malti għall-iSport kif ukoll il-Good Causes fund biex jiffananzjaw il-proġett ta’ titjib u avvanzar fl-istruttura tal-Pixxina nazzjonali.

Fost it-tibdil drastiku kien hemm l-introduzzjoni tal-playoffs. Ukoll ir-rawnd preliminari ħa jinżamm imma ħa jkun imnaqaas għall-klabb f’ żewġ gruppi seeded. Fil-kompetizzjoini tal-Kampjonat, 3 punti se jingħataw għar-rebħa, punt għal draw u l-ebda punt għal telfa. Il-kompetizzjoni tan-knockout se tinżamm f’nofs l-istaġun wara r-rawnd preliminari u mhux fi tmiem l-istaġun.

Il-fixtures tan-knockout ħlief il-finali se jintlagħbu fuq żewġ legs u mhux play offs bl-aggregate score jiddetermina t-tim rebbieħ. Ukoll, kull meta jkun possibbli, speċjalment f’ nofs il-ġimgha l-logħbiet se jintlagħbu filgħaxija bil-logħbiet jibdew fis-7pm u fit-8.15pm. Ukoll minħabba li dan huwa ħin kemmxejn tard speċjamelmnt għall-ġurnalisti li jkunu qegħdin jirraportaw dawn il-logħbiet, Joe Caruna Curran ħabbar li se jsiru taħdidiet mal-media biex iz-żewġ naħat jaħdmu iktar f’ kollaborazzjoni għall-benefiċċju taż-żewġ naħat in kwistjoni.

It-tazza tal-President u t-Tazza tal-Ghaqda Ġurnalisti Sport ħa jintlagħbu bħala żewġ kompetizzjoniiet distinti. Nirrimarkaw il-fatt li t-Tazza mill-Għaqda Ġurnalisti Sport se tintlgħab għall-klabbs tat-Tieni diviżjoni fejn wara mistoqsija tal-ġurnalisti tħabbar li ma kienx hemm konsultazzjoni mal-Għaqda Ġurnalisti Sport rigward dan il-fatt.

Intant il-flus mill-gate money fl-okkazjoni tat-Tazza tal-President se jingħata lill-Community Chest Fund u mhux lill-ASA kif kien isir qabel. Rigward is-sistema ta’ playoffs din se tkun qed tikkonsisti minn numru ta’ loghbiet. Kull logħba fil-playoffs se tkun qed tintlgħab sakemm it-tim rebbieħ ikun determinat. It-tim se jkun dikjarat rebbieh tal-playoffs sakemm ma jkunx possibbli għat-tim l-ieħor li jirbaħ iktar logħbiet mit-tim rebbieħ. Interessanti wkoll huwa l-fatt li Marsaxlokk mhux ha jippartecipaw iktar fil-kampjonati organizzati mill-ASA, bil-plejers li kienu jiffirmaw parti minn dan it-tim jingħaqdu ma’ numru ta’ timijiet fil-waterplolo lokali. Ukoll Valletta United li m’għadhomx jiffurmaw parti mill-ASA jistgħu jibdew jiffurmaw parti mill-ġdid mill-ASA wara li dawn iffurma kumitat ġdid.

Dawn it-tibdiliet drastiċi li semmejna min-naħa tal-ASA mistennija jagħmlu l-kampjonat tal-waterppolo ferm iktar kumbattut u interessanti fejn it-tim li fl-aħħarnett jista’ jirbah il-kampjonat jista’ jkun magħruf nhar it-8 ta’ Settembru Jum il-Vitorja li hija l-aħħar gurnata li fiha ha jintlgħab il-kampjonat nazzjonali tal-waterpolo.





6 Comments

  1. JP says:

    The news that Valletta United could again be competing should be good news. No doubt they will be well supported which should bring added interest…and gate money, into the game.

    [Reply]

  2. youth says:

    the light is gd when playing and training in the pool, visibilty is perfect. though it may probably reflect too much for those in the higher parts of the stands

    [Reply]

  3. Joe Borg says:

    “Joe Caruna Curran ħabbar li se jsiru taħdidiet mal-media biex iz-żewġ naħat jaħdmu iktar f’ kollaborazzjoni għall-benefiċċju taż-żewġ naħat in kwistjoni.

    It-tazza tal-President u t-Tazza tal-Ghaqda Ġurnalisti Sport ħa jintlagħbu bħala żewġ kompetizzjoniiet distinti. Nirrimarkaw il-fatt li t-Tazza mill-Għaqda Ġurnalisti Sport se tintlgħab għall-klabbs tat-Tieni diviżjoni fejn wara mistoqsija tal-ġurnalisti tħabbar li ma kienx hemm konsultazzjoni mal-Għaqda Ġurnalisti Sport rigward dan il-fatt.”

    l-ewwel qed nghidu li hemm bzonn iktar kollaborazzjoni imbad qed nghidu lil Gurnalisti mhux ha nikkonsultawkom fuq it-tazza rigward il-Ghaqda Gurnalisti Sport?!?!? Naqra ta kontradizzjoni hux?

    Naqbel fuq il-hinijiiet pero l-pixxina ma tara xejn f’dak il-hin ghax id-dawl mhux tajjeb!

    [Reply]

  4. steve says:

    dawl amluh irangawh gie jidher tajjeb hafna issa

    [Reply]

  5. member says:

    matches can be played at anytime, although i tend to agree with Gorg! the ASA should see to the lighting at the national pool before setting time for games…. flood lights at the moment are useless, a person sitting in the stands can  practically see nothing of what is going on in the water!!

    [Reply]

  6. Gorg says:

    V gd Ideas, tough I do not agree with the times of the games. The previous times may have been better, lets remember that most people may not be die hard fans and during those times at night they may not bother or have other things to do than at 6 for example.  Also people watching the games if still aired on tv would compete against strong international programs and the news at those times!

    [Reply]

Leave a comment