Tibdil ta’ ħinijiet u dati għall-aħħar ġurnata tal-BOV Premier League

Friday, April 27, 2012, 16:29

Il-Malta Football Association tavża li l-aħħar partita tal-BOV Premier League għall-istaġun 2011/12 bejn Valletta u Hibernians se tintlagħab is-Sibt 12 ta’ Mejju fl-4.00pm minflok il-Ħadd 13 ta’ Mejju 2012.

Il-ħames partiti l-oħra tal-aħħar ġurnata tal-kampjonat jintlagħbu f’data u ħin ieħor u dan jitħabbar mill-MFA fis-7 ta’ Mejju 2012, minħabba l-possibbilta’ li jista’ jkun hemm il-bżonn li xi partiti jintlagħbu fl-istess ħin.

L-MFA tavża wkoll li t-tlugħ tal-poloz tas-semifinali tal-U*BET FA Trophy se jittellgħu s-Sibt 12 ta’ Mejju 2012, fit-3.00pm, fis-sala tal-konferenzi l-ġdida tal-Istadium Nazzjonali.

 

 

 





Leave a comment