Tibdil fil-ħin tal-partiti tal-BOV 1st Division League

Friday, September 9, 2011, 17:36

Il-Malta Football Association, fuq talba tal-klabbs tal-Ewwel Diviżjoni, tinforma li sar tibdil fil-ħin tal-partiti tal-Ewwel Diviżjoni tas-Sibt 10 ta’ Settembru u l-Ħadd 11 ta’ Settembru 2011.

Il-partita tas-Sibt bejn Birżebbuga St. Peter’s u Melita se tibda fil-5.00pm waqt li l-partita bejn Vittoriosa Stars u Lija Athletic se tibda fis-7.00pm minflok fil-ħin oriġinali tagħhom tal-4.00pm u s-6.00pm rispettivament. Dawn il-partiti se jintlagħbu fis-Centenary Stadium f’Ta’ Qali.

Il-partita tal-Ħadd bejn St. George’s u Rabat Ajax se tibda fil-5.00pm waqt li l-partita bejn Pieta’ Hotspurs u Naxxar Lions se tibda fis-7.00pm minflok fil-ħin oriġinali tagħhom tal-4.00pm u s-6.00pm rispettivament. Dawn il-partiti jintlagħbu fis-Centenary Stadium f’Ta’ Qali.





Leave a comment