- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Tibdil fil-fixtures tal-Kampjonat Premier dan il-weekend

Posted By Sportinmalta On October 18, 2013 @ 11:26 am In Featured,Football | No Comments

 

Il-Malta Football Association tavża li minħabba raġunijiet ta’ sigurta’ u fuq ordnijiet tal-Pulizija ta’ Malta, sar tibdil fl-istadiums ta’ fejn kellhom jiltlagħbu żewġ partiti mill-Kampjonat BOV Premier, il-Ħadd 20 ta’ Ottubru 2013.

Il-partita bejn Qormi FC u Balzan Youths FC li kellha tintlagħab fis-Centenary Stadium fl-4.00pm se tintlagħab fil-Victor Tedesco Stadium fl-istess ħin, mentri l-partita bejn Floriana FC u Mosta FC li kellha tintlagħab fil-Victor Tedesco Stadium fl-4.00pm se tintlagħab fis-Centenary Stadium fl-istess ħin.

L-MFA tiskuża ruħa għal dan l-inkonvenjent.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/tibdil-fil-fixtures-tal-kampjonat-premier-dan-il-weekend/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.