Tibdil fil-fixtures tal-BOV Premier League

Monday, February 7, 2011, 20:20

minn Catherine Micallef.

Ftit tal-minuti ilu, l-MFA ħabbret tibdil fil-fixtures tal-Kampjonat BOV Premier. Dan minħabba l-fatt li għad irid jintagħżel dak it-tim li jilgħab fiċ-Cħampionship Pool mal-ewwel sitt timijiet. Mill-qagħda tal-klasifika bħalissa jista’  jkun hemm tliet timijiet li jispiċċaw b’punti indaqs u tkun trid tiġi applikata l-klassifika avulża.

Il-Ħadd li ġej, 13 ta’  Frar,  it-tliet partiti mill-Kampjonat BOV Premier se jintlagħbu hekk:

Qormi vs Marsaxlokk fit-3pm ġewwa l-Hibernians Stadium, Ħamrun vs Vittoriosa fit-3pm  ġewwa l-Istadium Nazzjonali u Sliema vs Hibernians fil-Victor Tedesco Stadium.

F’każ ta’  decider din ikollha tintlagħab l-Erbgħa 16 ta’  Frar fis-7pm.

Il-partiti mill-Ewwel Diviżjoni St Andrew’s vs Balzan u Dingli S vs St. George’s se jintlagħbu fid-9am u fil-11.15am rispettivament ġewwa l-Victor Tedesco Stadium.

Klassifika avulża f’każ li tliet timijiet jispiċċaw bl-istess punti:

Jekk Qormi tirbaħ 4-0 kontra Marsaxlokk u Ħamrun tirbaħ lil Vittoriosa, Qormi awtomatikament jilagħbu fiċ- Championship Pool u ssir decider bejn Marsaxlokk u Ħamrun biex jevitaw ir-Relegation Pool. (Dejjem jekk Ħamrun tirbaħ lil Vittoriosa) Sliema jmorru definittivament Relegation Pool għax l-iktar li jistgħu jiġbru huma 22 punt (Qormi 23, Marsaxlokk 23, Ħamrun 23 u Sliema W. 22 jekk tirbaħ)

Jekk Qormi tirbaħ b’distakk ta’ inqas minn 4 goals, Ħamrun awtomatikament imorru Championship Pool u ssir decider bejn Marsaxlokk u Qormi biex jevitaw ir-Relegation Pool. (Dejjem jekk Ħamrun tirbaħ lil Vittoriosa) Sliema jmorru definattivament Relegation Pool għax l-iktar li jistgħu jiġbru huma 22 punt (Ħamrun 23, Marsaxlokk 23 u Qormi 23 )

Jekk il-Ħamrun tiġi draw kontra Vittoriosa, u Marsaxlokk tirbaħ lil Qormi u Sliema Wanderers jiġu draw kontra Hibernians, Marsaxlokk u Ħamrun jilagħbu fiċ-Championship Pool u Qormi jilagħbu fir-Relegation Pool. (Marsaxlokk jispiċċaw b’26 punt, Ħamrun 21, Qormi 20 u Sliema 20 – f‘każ ta’ draw).

Jekk Ħamrun tiġi draw u Marsaxlokk kontra Qormi jiġu draw, u Sliema jitilfu ma’  Hibernians, Marsaxlokk jilagħbu fiċ-Championship Pool flimkien ma’ Ħamrun minħabba li Ħamrun rebħu darbtejn lil Qormi. (Marsaxlokk 24, Ħamrun 21, Qormi 21, Sliema 19-il punt).

 Jekk Ħamrun tiġi draw ma’ Vittoriosa S., Marsaxlokk vs Qormi tispiċċa fi draw u Sliema tirbaħ lill-Hibernians Marsaxlokk jilagħbu fiċ-Championship Pool flimkien ma’ Sliema (Marsaxlokk 24, Sliema 22, Ħamrun 21, Qormi 21)

Jekk Marsaxlokk tirbaħ lil Qormi (26), Ħamrun jitilfu (20) u Sliema tiġi  fi draw (20), Marsaxlokk jilagħbu awtomatikament fiċ-Championship Pool għax ikollhom 26 punt u tliet timijiet oħra b’20 punt. L-ewwel jingħaddu l-konfronti diretti,: Ħamrun ġabru 9 punti għax rebħu lil Qormi darbtejn (3-1, 2-1) u darba lil Sliema (3-2). Filwaqt li Sliema ġabru 5 punti għax rebħu darba lil Ħamrun (3-1) u darbtejn draw ma’ Qormi (0-0, 0-0), Qormi ġabru biss żewġ punti kontra Sliema (0-0, 0-0) u għalhekk issir decider bejn Ħamrun u Sliema.

L-aħjar riżultat għal Sliema Wanderes ikun draw jew telfa għal Ħamrun u rebħa jew draw għal Marsaxlokk.





7 Comments

  1. Supporter Belti says:

    F’Kaz li jigu draw u jirbhu Sliema jghaddu M’Xlokk (24) u Sliema (22). F’kaz li t-tlieta jigu draw u Sliema jitilfu jew jigu draw jghaddu M’Xlokk (24) u decider bejn Hamrun u Qormi

    [Reply]

  2. supporter malti says:

    qormi vs mxlok anda tintlab ta qaliii !!!

    [Reply]

    FORZA VALLETTA CITY Reply:

    ghalfejn , mela supporters qormin jigu hafna il ground nhar is sibt kien hemm aktar minn nofshom tal belt u laghab al lewwel darba mifsud dan.

    [Reply]

    qormi Reply:

    jidher li ma kontx il ground nhar is sibt habib ghax kif spiccat il loghba ta hal qormi u nofs il qriema telqu il barra baqa nofsu vojt in naha taghkom. u meta nejdlek nofs il qriema qed najdlek hekk ghax jien wiehed min dawk il hafna li bqajna hemm biex naraw lil belt ipaxxu lil hamrun

    [Reply]

    FORZA VALLETTA CITY Reply:

    HABIB MA TRIDX TGHID LI HAL QORMI ITELLAW NIES AKTAR MIL BELTIN HU, GHAX FDAN IL KAS NAHSEB LI TOHLOM HAFNA INTI U BIEX TKUN TAF AHNA MA NPAXXU LIL HADT U AHNA MA GHANDNA BZONN LIL HADT OK  QORMI GHAJJUR U OQOD ATTENT GHAX NAHSEB LIL MICHAEL MIFSUD GIBTUH BIEX TILABU FIR RELEGATION POOL FORZA VALLETTA CITY U NAHSEB LI ILLUM KONTRA IL HODOR TAJNIK IR RISPOSTA GHAX QORMI LANQAS NOFS IN NIES TAL ILLUM QATT MHUX SE ITTELLAW

  3. steve says:

    jekk 3 loghiet jigu draw isir decider bejn qormi u hamrun

    [Reply]

  4. James says:

    jekk it-3 partiti jigu kollha draw, Hamrun jilghabu fic-championship pool?

    [Reply]

Leave a comment