Tibdil fil-fixtures mill-MFA

Wednesday, March 30, 2011, 17:43

minn Cristian Muscat

 L-MFA ħabbret bidliet fil-fixtures tal-kampjonat BOV Premier kif ukoll fis-semi-finali u l-finali tal-quick keno t-tieni u t–tielet diviżjoni knck out. L-aħħar rawnd ta’ logħbiet mill-kampjnat BOV Premier kellu jigi antiċipat b’ ġurnata wara talba li saret lill-MFA lill-pulizija. Iz-żewġ logħbiet Marsaxlokk vs Ħamrun Spartans u Floriana kontra Birkirkara issa se jintlagħbu nhar il-Gimgħa s-6 ta’ mejju waqt li l-aħħar logħba mic-championship pool bejn Valletta u Tarxien rainbows se tintlgħab nhar is-Sibt 7 ta’ Mejju u tibda fis-6pm. Sadanittant is-emi-fianli tal-quick keno t-tieni u u t-tielet divizjoni knock out issa se jintlagħbu fis-16 u fis-27 t’ April rispettivament flok fit-13 u l-14 ta’ Mejju. Iz-żewġ semi-finali huma dawk bejn Zejtun Corinthians vs Naxxar Lions u Sta Venera Lightnings vs Rabat Ajax Il-fixtures propji fejn fihom e jkunu inklużi l-ħinijiet ta’ dawn iz-zewg logħbiet se jiġu mħabbra fil-jiem li ġejjin. Il-finali se tintlghab nhar it-8 ta’ Mejju.





Leave a comment