Tibdil fil-Fixtures fil-BOV Premier League

Monday, January 29, 2018, 15:30

B’referenza għar-“Reminder of Fixtures No. 09” tat-22 ta’ Jannar, l-MFA tixtieq tavża li minħabba

raġunijiet ta’ sigurta’ kellu jsir xi tibdil f’dawn il-partiti:

Il-partita tal-BOV Premier League Mosta vs Hibernians li kellha tintlagħab nhar is-Sibt 03 ta’ Frar 2018 ser tintlagħab nhar il-Ħadd 04 ta’ Frar 2018 fin-National Stadium fis-2.00pm.

Il-partita tal-BOV Premier League Floriana vs Hamrun Spartans li kellha tintlagħab nhar il-Ħadd 04 ta’ Frar 2018 ser tintlagħab nhar is-Sibt 03 ta’ Frar 2018 fil-Hibernians Stadium fl-4.00pm.





Leave a comment