Tibda t-Tieni Edizzjoni tal-AME Cup 2013

Friday, July 19, 2013, 11:52

Minn Stephen Azzopardi

Minn għada s-Sibt 20 ta’ Lulju 2013, tibda t-tieni edizzjoni tal-AME Cup. Fl-edizzjoni ta’ din is-sena tmien klabbs tal-Kampjonat Premier se jkunu fl-azzjoni biex jagħtu l-ewwel prova tagħhom qabel il-bidu tal-kampjonat. It-timijiet li se jieħdu sehem huma Floriana, Rabat Ajax, Tarxien Rainbows, Mosta, Balzan, Qormi u ż-żewġ timijiet promossi mill-Ewwel Diviżjoni li huma Vittoriosa Stars u Naxxar Lions. Dawn it-timijiet se jkunu maqsumin f’żewġ gruppi. Fi Grupp A se jkollna lil Naxxar Lions,Balzan, Mosta u Tarxien Rainbows, filwaqt li fi Grupp B se jkollna lil Floriana, Rabat Ajax, Qormi u Vittoriosa Stars.

Fl-ewwel żewġ logħbiet ta’ għada, minn Grupp A, fis-6:30pm Naxxar Lions jilgħabu kontra Balzan u fit-8:30pm Mosta jilgħabu kontra Tarxien Rainbows. Il-logħob minn Grupp B ikompli nhar it-Tnejn 22 ta’ Ottubru 2013. Dakinhar jkollna żewġ logħbiet oħra fejn fis-6:30pm Floriana jilgħabu kontra Vittoriosa Stars u fit-8:30pm Rabat Ajax jilgħabu kontra Qormi.

Il-logħob kollu se jintlagħab fil-grawnd tas-Sirens f’San Pawl il-Baħar. Bħala sportinmalta se nżommuk aġġornati kuljum b’rapporti dwar il-logħob kollu mingħand Robert Busuttil u Stephen Azzopardi.





1 Comment

  1. king says:

    Mela mhux se jzommuna aggornati fuq il loghob tal-bierah?

    [Reply]

Leave a comment