Throwers Maltin jipperformjaw tajjeb , tliet records nazzjonali ġodda

Monday, February 25, 2013, 19:40

Waqt il Pre-Season III it-throwers Maltin pperformjaw tajjeb ħafna fejn kien hemm b’kollox tliet records.

Bidu tajjeb ħafna għat-throwers tal-Athleta Pembroke, li jipprometti riżultati ħafna aħjar matul l-istaġun li għadu kif beda.

Fid-discus throw, Luke Farrugia ta’ Athleta Pembroke, li rebaħ il-medalja tal-fidda fil-COJI Games is-sena l-oħra, tefa’ 41.32m, b’hekk istabbilixxa Rekord Nazzjonali ġdid fil-kategorija tal-Intermediate (16-17 il-sena).

Mill-istess kategorija, Bradley Mifsud ta’ Athleta Pembroke ukoll, li fil-COJI Games kien ġie t-tielet fil-javelin,  ħa sehem fix-shot put fejn wera il-kapaċità tiegħu f’dan l-event.  Bit-tefa’ ta’ 12.92m irnexxielu jtejjeb ir-Rekord Nazzjonali ta’ dan l-event.

It-tielet Rekord Nazzjonali tal-jum sar minn Lawrence Ransley, National Champion fix-shot put, ta’ Athleta Pembroke. Bit-tefa’ fenomenali ta’ 14.65m, Lawrence sar l-ewwel atleta Malti li jirnexielu jitfa’ ‘l fuq minn 14-il metru.






Leave a comment