Thomas Paris jingħaqad ma’ Floriana FC fuq bażi permanenti

Thursday, June 30, 2011, 18:08

minn Cristian Muscat

Floriana FC ħabbru li laħqu ftehim ma’ Birkirkara FC rigward it-transfer permanenti tal-plejer Thomas Paris. Thomas Paris, li ngħaqad ma’ Floriana b’ self f’Jannar li għadda u kien strumentali fis-suċċess tal-UBET Fa Trophy, iffirma kuntratt t’ erba’ snin mal-klabb. Paris se jingħaqad ma’ shabu l-plejers Furjanizi b’ effett immedjat biex jippepara għal-loghbiet li fihom Floriana huma involti fil-UEFA Europa League.

Il-President ta’ Floriana Johann Said esprima l-ferħ tiegħu rigward dan l-aħħar akkwist u rrimmarka li l-plejers Maltin kollha li ffurmaw parti mit-tim li rebaħ il-UBET FA Trophy huma issa plejers ta’ Floriana fuq bażi permanenti. Said qal li l-ħidma tal-kumitat issa se tkun qed tiffoka fuq l-akkwist ta’ plejers barranin ta’ kwalita’ biex b’ hekk il-Greens ikollhom l-aħjar skwadra possibbli f’ termini ta’ kwalita’ fil-logħbiet fil-UEFA Europa League. Il-President irringrazzja lil dawk kollha li kienu involuti biex dan it-transfer seta’ jkun possibbli.

Prodott ta’ Birkirkara, Paris għamel id-debutt tiegħu fil-Kampjonat BOV Premier mal-Istripes fl-istagun 2004/05. Huwa wkoll kellu esperjenza qasira ma’ Qormi FC.





Leave a comment