The Tropicana Juices Football Summer School organizzata min-nursery ta’ Qormi FC

Thursday, June 30, 2011, 18:21

Qormi FC Youth Nursery ser tkun qiegħda torganizza “The Tropicana Juices Football Summer School” għat-tfal ta’ bejn il-ħamsa u t-tnax-il sena.
 
It-tfal ser jkollhom 7 sessjonijiet ta’ taħriġ bl-ewwel waħda tkun nhar l-Erbgha 13 ta’ Lulju filwaqt li l-aħħar wahda tkun is-sibt 20 ta’ Awissu. Dakinhar stess ser jkun hemm ukoll serata ta’ preżentazzjoni għal dawk it-tfal kollha li jkunu ħadu sehem. Din ser tkun organizzata taħt is-superviżjoni ta’ Stephen Azzopardi (Technical Director), Steve D’Amato (Technical Advisor) kif ukoll Edward Micallef (Nursery Head Coach).
 
Kull min hu interessat li jirreġistra jista’ jagħmel dan ġewwa t-training grounds ta’ Qormi FC.
 
Contact Numbers:
Edward Micallef (79450552)
Victor Camilleri (79445093)
Mario Scerri (79258806)





Leave a comment