- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

The Italian Job opens at Bay Street‏

Posted By Sportinmalta On May 30, 2014 @ 4:47 pm In Featured,Other | No Comments

Ristorant ġdid, spazjuż b’tema Taljan, imsejjaħ, The Italian Job, issa miftuħ fuq Level 2 fil-Kumpless ta’ Bay Street fil-Bajja ta’ San Ġorġ, San Ġiljan. Jieħu ismu mill-film magħruf Amerikan fuq serqa, magħmul fl-2003, li jaħdmu fih l-attriċi affaxxinanti mill-Afrika t’Isfel, Charlize Theron, flimkien ma’ żewġ tough guys tal-industrija tal-films ta’ Hollywood, Mark Wahlberg u Jason Statham. Dan il-film ukoll kien oriġinarjament sar l-Ingilterra fl-1969 bl-istess isem.

The Italian Job jinsab fil-parti ta’ quddiem ta’ Bay Street, fuq in-naħa tax-xellug, fuq medda ta’ 600 m², u jesa 300 bilqiegħda. Fih insibu enoteka, salumerija, ġelaterija, kafetterija, bar u ristorant li juri l-mod kif it-Taljani jħobbu l-ikel, inbid ta’ kwalità u gastronomija fina fejn jidħol dak kollhu li jintogħġob fit togħma.

Malli tidħol issib l-enoteka, dedikata lil dawk kollha li jħobbu l-inbid, u s-salumerija, li toffri laħam maqtugħ minn fuq l-għadma, fejn tista’ tieħu ukoll il-platti ta’ ikel kiesaħ; u l-ġelaterija, dedikata lil dawk li jħobbu ġilat Taljan, u ħelu b’għażla ta’ kejkijiet speċjali. Mit-terazzin tista’ tara l-pjazza fin-nofs ta’ Bay Street fejn hemm siġġijiet għall-kafetterija li hu miftuħ wara nofsinhar fil-Ħdud b’muzika rilassanti.

L-ikbar bidla f’dan il-post li ġie rrenġat kompletament kien il-fetħa ta’ terazzin kbir forma ta’ elle li minnu tara l-faċċata ta’ Bay Street b’veduti sal-Bajja ta’ San Ġorġ. Din tista’ ingħalaq fix-xitwa u anki l-bibien li jagħtu għar-ristorant fuq ġewwa jistgħu jifetħu biex b’hekk tinħoloq spazju kbir miftuħ.

Fost l-affarijiet li jispikkaw fir-ristorant hemm MINI Coupé ġdida biex tfakkar dik ix-xena fantastika mill-film meta MINI Coopers bdew jiġru wara xulxin fit-toroq ta’ LA, u ħajt tal-madum fl-iswed u abjad li turi xena tal-belt ta’ Napli minn fejn oriġinat il-pizza.

Biex jara li s-servizz ikun tal-ogħla livell, ix-Chef Peter Aquilina għandu tim ta’ tminn chefs u tnax minn nies biex iservu. Fuq l-à la carte menu hemm platti klassiċi Taljani fosthom antipasti, pasta u pizzez moħmija f’forn tal-ħatab, iżda hemm ukoll għażla ta’ burgers, insalati ġo kontenitur li jittiekel u speċjalitajiet tal-ġurnata.

“Ridna nżommu mat-tema tal-fil, li jseħħ kemm fil-belt ta’ Doges, fl-Italja, umbagħad f’Los Angeles, billi ħloqna menu li qiesu ‘L-Italja fiċ-Ċokon’, nofsu Taljan u nofsu Amerika,” qal is-Sur Aquilina.

Grazzi għad-décor ta’ ġewwa, li nħoloq minn Design Art & Architecture Associates (DAAA Haus), l-atmosfera tirrifletti t-tema tal-film u l-ispiertu ta’ ‘L-Italja fiċ-Ċokon’ ukoll, bl-installazjoni tal-MINI Coupé vera fin-nofs, u tlett Vespas antiki li jirrapprezentaw il-libertà, l-avventura u l-ħbiberija tal-perjodu tal-Miraklu Ekonomiku tal-istorja tal-Italja.

Il-ħajt tal-briks taċ-ċaqquf li fuqu hemm il-logo tar-ristorant tfakkar f’‘La Rossa’ (il-ħamra) ta’ Bologna, flimkien mal-ingredjenti kollha Taljani ta’ stil li din l-atmosfera tal-Italja fiċ-Ċokon tirrifletti.

Skont id-Direttur ta’ Disinn ta’ DAAA Haus, Keith Pillow, dan hu ristorant li għandu jkun għall-gosti ta’ kulħadd. “Riedna nkunu ċerti li anki min mħuwiex Taljan ikun imħajjar jżur din iċ-ċelebrazzjoni ta’ ikel u nbid Taljan bid-décor tiegħu stil Ruman antik. Din il-bidla sħiħa biex ħloqna dan ir-ristorant ġdid sar fi żmien qasir ħafna ta’ ġimgħatejn u aħna kburin li dan dwassal bl-istandards għoljin li aħna mdorrijin bihom għand DAAA Haus,” is-Sur Pillow qal.

The Italian Job jiftaħ mill-11 a.m. sa nofsillejl mit-Tnejn sal-Ħadd, u jieħdu gost iservu kemm dawk li jħobbu ikel Taljan u dawk li qegħdin ifittxu ikel u togħmiet ġodda. Matul it-Tazza tad-Dinja, wieħed jista’ jara sa sitt logħbiet f’daqqa fuq is-16-il screen li jinsabu f’The Italian Job, fosthom ukoll screen kbir.

Għal iktar informazzjoni ċempel fuq 2138 0600 jew żur il-paġna ta’ Bay Street fuq Facebook, www.facebook.com/baystreetmalta.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/the-italian-job-opens-at-bay-street%e2%80%8f/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.