The 8th Edition of the BOV Marigold Volleyball Marathon inaugurated

Tuesday, July 12, 2016, 21:00

Note:This article has been published in both English and Maltese
Nota:Dan l-artiklu ġie miktub bl-Ingliż u bil-Malti

Gavin Muscat

53 hours of Volleyball to raise funds for Id-Dar tal-Providenza

The 8th edition of the BOV Marigold Volleyball Marathon in aid of Id-Dar tal-Providenza, was officially inaugurated by Her Excellency, Marie-Louise Coleiro Preca, President of Malta. She was accompanied by Hon Justyne Caruana Parliamentary Secretary for Rights of Persons with Disability and Active Aging, Mrs Elvia George, Chief Finance Officer at Bank of Valletta and member on the Board of the Marigold Foundation – BOV in the Community and Fr Martin Micallef, Director of Id-Dar tal-Providenza,

President Coleiro Preca was given a warm welcome by everyone present, including the residents and their support workers. In her speech, Her Excellency praised the hard work undertaken by the Residential Home, and the dedication of the support workers and the volunteers that go out of their way to make this event possible, year after year. “For more than half a century, id-Dar tal-Providenza remains true to the mission of its founding father Mgr Mikiel Azzopardi. He was a pioneer at the time, and today, with its Homes in the Community, id-Dar tal-Providenza is being a pioneer showing us how these residents may lead a full life in our communities.”

Thanking H.E Marie-Louise Coleiro Preca, Fr Martin Micallef expressed his appreciation towards the general public for their donations during Friday’s Xarabank programme that yielded more than EUR260,005 towards the Home. “This Marathon brings to the fore three important values – the value of solidarity, the value of volunteer work whilst highlighting the importance of sports. Our players have shown stoic commitment over the past six weeks through gruelling training and personal sacrifice.” Whilst thanking everyone involved, he reiterated his plea for assistance, “With everyone’s help, we can continue to make these people’s lives more meaningful. With your help, we can provide them with the facilities and the quality of life they deserve. This is what the BOV Marigold Volleyball Marathon stands for.”

Hon Dr Justyne Caruana made reference to the Community Homes, the most recent one inaugurated last April in Zurrieq as a joint project of her Secretariat, Agenzija Sapport and Dar il-Providenza. “I applaud the efforts of id-Dar tal-Providenza that is investing to integrate its residents in the community, with four homes already in operation.”

She made reference to the project Soċjeta Ġusta being implemented by the Government to ensure that nobody is left behind and is fully included. “It is our responsibility to ensure that that these residents are fully included in their communities, and receive high quality services whilst providing them with the opportunity to work and participate in society in full.”

Mrs Elvia George said that id-Dar tal-Providenza continues to hold a special place in the heart of the Maltese community. “Assisting NGOs like Id-Dar tal-Providenza is one of the main objectives of the Marigold Foundation. We recognise the sterling work provided by id-Dar to Providenza and we are proud to assist in their needs. In so doing, the Foundation fulfils its overarching aim of working towards building a better community, this time by focusing on causes related to special needs.  Mrs Muscat, Chairperson of The Marigold Foundation, continues to support id-Dar tal-Providenza and while she could not be with us today, she will be visiting id-Dar this weekend.”

The Marathon will run until Sunday 3rd July at the grounds of the Home itself. In addition to supporting the players who will be playing volleyball, visitors may enjoy some of Malta’s best talent. A big screen has also been set up for visitors who wish to follow the EUFA Euro 2016, whilst children can enjoy themselves in a specifically designed area. The Marathon will be aired live on television stations TVM, TVM2, NET TV and One TV.

Contributions can be made by calling 51702012 for a €15 donation and 51802013 for a €25 donation. A donation of €6.99 can be made by sending a blank SMS to 50618944. BOV Mobile Pay subscribers may also make their donation to the following number 79324834.

————————————————————————————————————————————————————-

Malti

Inawgurata t-8 Edizzjoni tal-BOV Marigold Volleyball Marathon

53 siegħa ta’ Volleyball biex jinġabru l-fondi għad-Dar tal-Providenza

It-8 edizzjoni tal-BOV Marigold Volleyball Marathon b’risq Id-Dar tal-Providenza, ġiet uffiċjalment inawgurata mill-Eċċellenza Tagħha, Marie-Louise Coleiro Preca, President ta’ Malta. Hija kienet akkompanjata mill-Onorevoli Justyne Caruana, is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, is-Sinjura Elvia George, Uffiċjal Kap Finanzjarju fil-Bank of Valletta u membru fuq il-Bord tal-Fondazzjoni Marigold – il-BOV fil-Komunità u Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza.

Il-President Coleiro Preca ngħatat merħba mill-qalb minn dawk kollha preżenti, inkluż ir-residenti u l-ħaddiema ta’ sostenn tagħhom. Fid-diskors tagħha, l-Eċċellenza Tagħha faħħret ix-xogħol iebes li twettaq id-Dar Residenzjali, u d-dedikazzjoni tal-ħaddiema ta’ sostenn u tal-voluntiera li joħorġu barra minn triqthom biex jagħmlu dan l-avveniment possibbli, sena wara sena. “Għal aktar minn nofs seklu, id-Dar tal-Providenza tibqa’ leali lejn il-missjoni tal-missier fundatur tagħha, Mgr Mikiel Azzopardi. Huwa kien pijunier f’dak iż-żmien, u llum, bid-Djar tagħha fil-Komunità, id-Dar tal-Providenza qed tkun pijunier li turina kif dawn ir-residenti jistgħu jkollhom ħajja sħiħa fil-komunitajiet tagħna.”

Filwaqt li rringrazzja lill-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca, Fr Martin Micallef esprima l-apprezzament tiegħu lejn il-pubbliku ġenerali għad-donazzjonijiet tagħhom matul il-programm Xarabank ta’ nhar il-Ġimgħa li fih inġabru aktar minn EUR 260,005 b’risq id-Dar. “Din il-Maratona tpoġġi fuq quddiem tliet valuri importanti – il-valur tas-solidarjetà, il-valur tal-ħidma volontarja filwaqt li tiġi enfasizzata l-importanza tal-isport. Il-plejers tagħna wrew impenn bla heda matul dawn l-aħħar sitt ġimgħat permezz ta’ taħriġ eżiġenti u sagrifiċċju personali.” Filwaqt li rringrazzja lil dawk kollha involuti, huwa tenna t-talba tiegħu għall-għajnuna, “Bl-għajnuna ta’ kulħadd, nistgħu nkomplu nagħmlu l-ħajjiet ta’ dawn in-nies aktar sinifikanti. Bl-għajnuna tagħkom, nistgħu nipprovduhom bil-faċilitajiet u l-kwalità tal-ħajja li jixirqilhom. Dan huwa dak li tirrappreżenta l-BOV Marigold Volleyball Marathon.”

L-Onor Dr Justyne Caruana għamlet referenza għad-Djar fil-Komunità, bl-aktar waħda riċenti ġiet inawgurata f’April li għadda fiż-Żurrieq bħala proġett konġunt bejn is-Segretarjat tagħha, l-Aġenzija Sapport u d-Dar tal-Providenza. “Nixtieq nesprimi s-sodisfazzjon tiegħi għall-isforzi tad-Dar tal-Providenza li qed tinvesti biex tintegra r-residenti tagħha fil-komunità, b’erbat idjar li diġà qed joperaw.”

Hija għamlet referenza għall-proġett Soċjetà Ġusta li qed jiġi implimentat mill-Gvern biex jiżgura li ħadd ma jibqa’ lura u li kulħadd ikun inkluż. “Hija r-responsabbiltà tagħna li niżguraw li dawn ir-residenti jiġu integrati bis-sħiħ fil-komunitajiet tagħhom, u jirċievu servizzi ta’ kwalità għolja filwaqt li jingħataw l-opportunità li jaħdmu u jipparteċipaw fis-soċjetà bis-sħiħ.”

Is-Sinjura Elvia George qalet li d-Dar tal-Providenza tkompli tokkupa post speċjali fil-qalb tal-komunità Maltija. “L-għajnuna lill-NGOs bħad-Dar tal-Providenza hija waħda mill-objettivi prinċipali tal-Fondazzjoni Marigold. Aħna nirrikonoxxu x-xogħol eċċellenti li qed tipprovdi d-Dar tal-Providenza u ninsabu kburin li qed ngħinu fil-bżonnijiet tagħha. Meta tagħmel dan, il-Fondazzjoni tissodisfa l-għan ewlieni tagħha ta’ ħidma favur il-bini ta’ komunità aħjar, din id-darba billi tiffoka fuq kawżi relatati mal-bżonnijiet speċjali. Is-Sinjura Muscat, Chairperson tal-Fondazzjoni Marigold, tkompli tappoġġja d-Dar tal-Providenza u filwaqt li ma setgħetx tkun magħna llum, hija se tkun qed iżżur id-Dar matul tmiem il-ġimgħa.”

Il-Maratona se tibqa’ għaddejja sal-Ħadd 3 ta’ Lulju fil-grawnds tad-Dar innifisha. Minbarra li jappoġġjaw lill-plejers li se jkunu qed jilagħbu l-volleyball, il-viżitaturi jistgħu jgawdu xi ftit mill-aqwa talent Malti. L-organizzaturi ħasbu wkoll għal skrin kbir għal dawk il-viżitaturi li jkunu jixtiequ jsegwu l-UEFA Euro 2016, filwaqt li t-tfal jistgħu jieħdu gost f’żona ddeżinjata speċifikament għalihom. Il-Maratona se tkun qed tixxandar b’mod dirett fuq l-istazzjonijiet tat-televiżjoni TVM, TVM2, NET TV u One TV.

Il-kontribuzzjonijiet jistgħu jsiru bit-telefon fuq 51702012 għal donazzjoni ta’ € 15 u fuq 51802013 għal donazzjoni ta’ € 25. Donazzjoni ta’ € 6.99 tista’ ssir billi jintbagħat SMS vojt fuq 50618944. L-abbonati tal-BOV Mobile Pay jistgħu wkoll jagħmlu d-donazzjoni tagħhom fuq in-numru 79324834.

————————————————————————————————————————————————————-

Gallery

————————————————————————————————————————————————————-

————————————————————————————————————————————————————-

————————————————————————————————————————————————————-





Leave a comment