- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Tħabbru r-rebbieħa tal-kampjonati nazzjonali tal-Badminton lokali

Posted By Sportinmalta On May 22, 2019 @ 1:47 pm In Badminton,Featured | No Comments

Tħabbru r-rebbieħa tal-kampjonati nazzjonali tal-Badminton lokali, hekk fil-ġranet li għaddew saret l-aħħar fazi taghhom.

Matthew Abela u Fiorella Marie Sadowski ikkonfermaw ruħhom bhala ċ-ċampjins tal-irġiel u tan-nisa rispettivament. Fil-finali Matthew Abela għeleb lil Stefan Salomone. Min-naħa tagħha Fiorella Marie Sadowski kellha walk over fuq Michaela Ellul li dakinhar tal-finali kienet ma tiflaħx.

Iċ-ċampjins tal-Irġiel Doppji huma Mark Abela u Sam Cassar, wara li fil-finali għelbu lil Nigel Degaetano & Stephen Ferrante.

Fin-Nisa Doppji ħarġu rebbieha Yanika Polidano u Fiorella Marie Sadowski, hekk kif fil-finali għelbu lil Michaela Ellul u Tiziana Mifsud.

Fid-Doppji Mħallta Sam Cassar u Francesca Clark fil-finali għelbu lil Nigel Degaetano u Yanika Polidano.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/thabbru-r-rebbieha-tal-kampjonati-nazzjonali-tal-badminton-lokali/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.