Tgħid Valletta ċedew?

Tuesday, March 16, 2010, 14:00

Wara li fi tmiem din il-ġimgha tkompla l-kampjonat Premier fejn rajna lil Valletta jitilfu 3 punti ferm importanti kontra Sliema. Fl-ewwel partita li kellna s-Sibt 13 ta’ Marzu, Birkirkara għelbu lil Hibs 2-1, biex dawn telgħu weħedhom jokkupaw il-quċċata.

L-iktar li nkwetani kien il-fatt lis-Sur Victor Sciriha, President ta` Valletta f`intervista li għamel mal-kollega ġurnalist ta’ Melita Sports qal li kien hemm xi individwi li allegatament taw xi bonuses jiġifieri flus lill-players tas-Sliema. S`issa xejn gravi. Il-biċċa xogħol hi li dawn l-individwi m`għandhom xejn x`jaqsmu mal-ebda kumitat tal-ebda club jew għallinqas is-sur Victor hekk qal.

Tgħid il-Malta Football Association se tieħu passi fuq dan?? Il-President tal- Valletta qal li hu ċert u jekk l-MFA se tindaga dan il-każ hu lest li jitla’ jixhed. Tgħid il- President ta` Valletta għandu raġun jew hija biss skuża? Iktar dwar dan fil-programm Tackle fuq Smash Television nhar il-Ħamis li gej 18 ta’ Marzu 2010.

Fir-Relegation Pool, Floriana u Ħamrun resqu iktar viċin is-salvazzjoni meta huma għelbu lil Msida SJ u Dingli rispettivament. Għal Dingli huma jridu miraklu biex isalvaw waqt li Msida huma distakkati b`6 punti minn Floriana.





1 Comment

  1. Chris Curmi says:

    Ir-regoli tal-futbol Malti ma nafx kif qeghdin fuq bonuses, barra minn Malta fil-Liga Spanjola sa ftit zmien ilu Real, Barca u Valencia kienu jhallsu lil players ta` timijiet ohra wara rebha fuq xi rival taghhom jekk jirbhu l-lig, fi zmien ricenti nbidlu regolamenti u mhux possibli ssir iktar. Gieli kienu mhallsa minn xi supporter sinjur li ma kienx ikun ufficjal tal-klabb. Sakemm mhux kontra r-regoli ta` l-MFA, ma hemm ebda lok ghalfejn l-MFA tinvestiga.

    [Reply]

Leave a comment