Tgħid Kampjonat farsa?

Friday, January 21, 2011, 16:44

 minn Josef Galdes.

Ili snin twal inħambaq li l-Kampjonat Premier għandu jkun bi tnax- il tim u għallinqas l-amministrazzjoni tal-MFA fl-aħħar waslet biex tagħmel dan. Imma għandu jkun f’dan il-pajjiż ma nagħmlu xejn komplut kif inhu xieraq. F’pajjiżi  barra minn Malta, ukoll biddlu l-format tal-Kampjonat u żiedu l-ogħla diviżjonijiet b’aktar  timijiet, imma ħadd qatt ma biddel l-istatut tal- Kampjonat tiegħu f’nofs staġun. Only in the world mhux only in Malta biss. Tgħid dan sar għax hemm clubs hekk imsejħa  kbar li qatt ma ġew relegati bħal Hibernians jew timijiet li ġew relegati mill-ogħla diviżjoni iżda rebħu ħafna unuri fl-ogħla kampjonati? Ma nixtieqx li niftiehem ħażin… xejn personali kontra Hibs u Sliema, seta’ kien min kien iżda ejja nkunu ftit onesti u naraw ir-realta tal-lum fejn hemm timijiet żgħar  bħal Vittoriosa li tant qed jimpressjonaw fil-kampjonat lokali.

Ma setgħetx l-MFA tistenna ftit u tħalli dan l-istaġun jew issa għax hemm President ġdid nippruvaw nimpressjonaw.. u nagħmlu minn kollox f’daqqa taparsi qed isir xi ħaġa, meta kif nafu lanqas il-ħolqien tad-dinja ma sar f’daqqa. Mingħajr offiża Sur President għax clubs żgħar f’divizjonijiet oħrajn bħal Mosta, Balzan, St.Georges, Naxxar, Birżebbugia, Rabat, Gżira, Żejtun u oħrajn żgur li ħadu gost b’deċiżjoni bħal din meta se jiġu promossi aktar timijiet mis-soltu meta d-diviżjonijiet huma bbilanċjati u kumbattuti iktar mis-soltu. Ilni ħafna ma nikteb fuq dan is-sit għax għal min ma jafx biddilt il-mestir  tiegħi imma trid tkun bla demm u bla ħeġġa biex ma tikkumentax u ma tikkritikax xi ħaġa bħal din.





11 Comments

  1. mascena says:

    u ahjar ma ktibt xejn ax kont taqta figura ahjar

    [Reply]

  2. julio says:

    galdes prosit li biddilt il-mestir.good luck fil-mestir il-gdid.Halli lil minn jifhem aktar minnek jiddeciedi, m’intix tahseb li din ta tnax hrigt biha inti hux.ghadek titwieled fil-futbol.it-tmexxija il-gdida halliha tahdem ghax il-bzonn fil-futbol malti jaafuh il-mexxejja tal-klabbs mhux xi nies bhalek.ghall-anqas kont ragel li biddilt il-mestir.

    [Reply]

  3. Ivan says:

    Only in the world? Not in other planets? heh

    [Reply]

  4. kevin says:

    naqbel ma dak kollu li kiteb galdes. prosit tal kummenti tijak

    [Reply]

  5. Mario says:

    Sur Galdez, Ibqa cert li din saret la ghall pjacir ghal Hibernians u lanqas ghall biex iwaqqa il birgu. Din kienet ila tisemma sa qabel ma beda il league. Tipprovax thammeg isem il club. FORZA HIBS u halluwom jejdu li iridu lohrajn!!

    [Reply]

  6. John Bartolo says:

    X’qed taghmel mela Galdes issa? X’inhu il-mestir tieghek issa? Ibqa maghna please

    [Reply]

  7. Clinton Farrugia says:

    Prosit Galdes. Naqbel ma dak kollu li ktibt. Prosit ghax kont wiehed mill-ftit gurnalisti li kellek kuragg u ktibt li dak li hassejt mhux kif jaghmlu l-maggoranza ta’ shabek.

    [Reply]

  8. David says:

    Hallina Galdes u ibqa’ barman! titkellimx fuq futbol ghax hmar daqs seba’ t’elef. Jien ma nafx kif trida ta’ bravu u bqajt qatt ma ndunajt li kulmeta tiftah halqek taqa’ ghaz-zufjett.

    [Reply]

  9. P Sant says:

    aqlalom galdes, ghax hemm cans li l-imsida jitilghu premier lol

    [Reply]

  10. paola says:

    jiddispjacini pero ma tantx fih sugu dak li ktibt. li sa nofs il kampjonat il hibs qeghdin qabel tal ahhar, hadd ma kien jistenniha. lanqas li s sliema qeghdin fejn qeghdin hadd ma kien jghidha. ghal kuntrarju li ser isir tibdil fil-kampjonat u li hemm possibilta li jaqa wiehed biss ma smajniex biha l ewwel darba gimgha ilu imma ilha hafna tinstema u hadd ma kien qed jahseb fuq il hibs meta ssemmiet. mela ghejja ma nohorgux hdura u ghira. dak li nixtiequ ghal dak li nghidu huwa differenti suppost jekk irridu nitwemmnu!

    [Reply]

  11. CLINTON says:

    PROSET GALDES GHAJDILHOM

    [Reply]

Leave a comment