Tgħaddi tas-South End Core… l-MFA tammetti l-iżball u tirranġa s-sitwazzjoni

Monday, June 25, 2012, 15:44

Il-Malta Football Association tavża lill-pubbliku li wara diskussjonijijet li saru dwar proposta imressqa mill-grupp, South End Core, għall-benefiċċju ta’ dawk l-individwi li jippreferu jsegwu l-partiti tat-tim nazzjonali Malti mis-South Stand, se jkun hemm ukoll il-possibilta’ li jinxtraw GOAL CARDS tat-tfal għal dan is-settur ta’ l-istadium nazzjonali.

Il-prezz ta’ din il-GOAL CARD tat-tfal se jkun bħal dak applikabbli għan-North Stand, €15.

Bħal fil-każ tal-GOAL CARDS l-oħra kollha, wieħed jista jixtri din il-card billi jżur il-website www.mfa.com.mt jew imur personalment fl-uffiċini tal-MFA, Millennium Stand, f’Ta’ Qali. Il-ħinijiet tal-ftuħ huma mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn id-9.00am u s-7.00pm.

L-MFA tfakkar li l-iskema tal-GOAL CARD tibqa’ tgħodd sal-31 ta’ Lulju 2012, jew sakemm jispiċċa l-istokk.

L-MFA tħeġġeġ lil dawk interessati biex jaħsbu kmieni ħalli ma joħorġux diżappuntati.

Wara li l-MFA ħarġet skema zoppa issa rranġat is-sitwazzjoni wara pressjoni mis-SEC





3 Comments

  1. carmel pace says:

    PROSIT SOUTH END CORE !,  ghall ta l-inqas hemm xi hadd li jaqbes ghalina !

    [Reply]

  2. Chris Grima says:

    Ma nafx fejn kien l-izball meta tohrog fis-suq b’incentiv bhal dan. Is-soltu propaganda anti-MFA din il-website. Ma tinbidlu qatt. 

    [Reply]

  3. Tyrone Demanuele says:

    Mhux kwistjoni ta’ tghaddi tas-South End Core, imma hija kwistjoni li mhemx ras iebsa li tghid ”jien qatt ma’ nizbalja”.

    Prosit, ghax hekk ghandom isiru l-affarijiet.

    [Reply]

Leave a comment