- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Tersaq lejn tmiemha l-ewwel fażi tal-Kampjonat tal-Veterans Malta Football Association

Posted By Sportinmalta On March 4, 2020 @ 10:28 am In Featured,Football | No Comments

Matul din il-ġimgħa intlgħabu  żewġ logħbiet mill-fażi tal-gruppi tal-Kampjonat tal-VMFA, fejn fil-ground ta’ Ħ’Attard, fi Grupp A Balzan Veterans għelbu lil Gozo Glory 12-8 f’logħba li ma kellha ebda effett fuq il-klassifika.  Minn dan il-grupp is-selezzjoni tal-Malta Football Players Association (MFPA) ikkwalifikaw bħala rebbieħa tal-grupp, u Hamrun Spartans qatgħu passaġġ għas-semifinali bit-tieni post.

Fi Grupp B, Luxol St Andrews żammew it-tamiet tagħhom ħajjin b’rebħa ta’ 7-4 fuq ir-rebbieħa tal-Grupp, Wardija, biex issa jinsabu fit-tieni post, punt fuq Valletta Lions.  Valletta jilgħabu l-aħħar logħba tagħhom  kontra San Ġwann għada, fejn b’rebħa jerġgħu jaqbżu lil Luxol u jkunu huma li jikkwalifikaw għas-semifinali.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/tersaq-lejn-tmiemha-l-ewwel-fazi-tal-kampjonat-tal-veterans-malta-football-association/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.