Terracina hija kruċjali għall-aspirazzjonijiet tat-Team Chaudron!

Friday, October 10, 2014, 8:00

Fuq Tlieta Toqgħod il-Borma – frażi mill-aktar famuż ma tant konnotazzjonijiet relatati ma’ kanzunetti popolari, films u serje televiżivi.

F’din l-okkażjoni l-assoċjazzjoni hija ma’ Avveniment famuż, jiġifieri l-appuntament li jmiss fil-Kampjonati Dinjija UIM ClassOne tal-powerboats 2014, it-tieni f’Kampjonat bi programm ta’ tlieta, li ser issir fi Terracina l-Italja bejn is-17 u d-19 Ottubru.

Appuntament determinanti għall-erbatax il tim kollha li qed jikkontestaw dawn il-Kampjonati din is-sena organizzati minn H2O Racing taħt l-awspiċi tal-Unjoni Internationale Motonautique (UIM). Il-Kampjonat Dinji rivedut b’avvenimenti ta’ forma “Klassi One” se jara seba’ dgħajjes fi Klassi 1 katamarani u seba’ dgħajjes oħra Monohulls bħala V1 jiġru flimkien fuq ċirkwit sempliċi b’settijiet separati ta’ bagi, fejn Klassi 1 iduru fuq il-marki ta’ barra, bil-V1 fuq ġewwa.

Fl-ewwel harga tal-Kampjonati 2014 – Il-Grand Prix tal-Mediterran – li saru Ibiza Spanja bejn il-5 u s-7 ta’ Settembru, it-Team Chaudron għamlu bidu impressjonanti u issa javvanzaw għall-laqgħa li jmiss f’ras il-klassifika tal-Klassi V1 Wieħed. Din il-Klassi tinkludi inġenji prototipi tat-tlielaq, b’tul minimu ta’ 36 pied u massimu ta’ 43 pied li jużaw magni fuq gewwa biss, li jistgħu jilħqu veloċitajiet b’eċċess ta’ aktar minn 100 mil fis-siegħa.

Bla dubju t-tieni fażi ta’ dawn il-Kampjonati – Il-Grand Prix tal-Italja – hija kruċjali għall-P1-55, id-dgħajjes li jtajjru l-bandiera Malta fejn repetizzjoni tal-wirja kbira ta’ l-Ewwel Fazi jagħti lit-Team Chaudron punti siewja biex imorru għall-fażi finali ta’ dawn il-Kampjonati – L-UAE Grand Prix f’Abu Dhabi – b’fiduċja kbira. Abu Dhabi tospita t-tielet u l-aħħar fażi fid-29 u t-30 ta’ Novembru.

“Il-Kampjonati Dinjija UIM ClassOne tal-powerboats huwa definittivament meqjusa bħala l-quċċata ta’ tlielaq internazzjonali powerboat offshore. Dominique u jien nimxu u naqblu ferm tajjeb u P1-55 qed jirrispondi eċċellenti. Iżda aħna qegħdin f’kompetizzjoni mal-aqwa u l-aħjar, kemm bħala ekwipaġġi u anki dgħajjes “, irrimarka Aaron Ciantar.

Fil-kabina tal-pilota tal-P1-55 ta’ 41 pied Team Chaudron huwa magħmula minn Aaron Ciantar fir-rwol tas-sewwieq u l-Franċiż Dominique Martini jidhru bħala throttle-man għall-Kampjonati Dinjija UIM ClassOne 2014, sħubija ġdida li jaqsmu l-istess ħolm u l-ambizzjonijiet.

Aaron rebaħ tliet Kampjonati Mondjali fuq dgħajjes Chaudron, tnejn fl-Ewropa – UIM Powerboat P1 World Championship 2008 u 2009 – u wieħed fl-Amerika – 31 Key West (USA) World Championship 2011. Barra minn hekk dgħajjes Chaudron dehru wkoll bħala Champions tad-Dinja fil-UIM Powerboat P1 World Championship 2007 u l-31 ta’ Key West (USA) World Championship 2011. Hawn is-sidien u l-ekwipaġġ tal-dgħajjes rebbieħa kienu Taljani u l-Ukraini rispettivament.

Il-Kampjonati Dinjija UIM ClassOne tal-powerboats huma avvenimenti dinamiku u spettakolari b’valur promozzjoni eċċezzjonali permezz tal-wirja tagħhom fuq it-TV mondjali. Mxandra minn numru ta’

xandara ta’ profil għoli bhal ngħidu aħna ‘CANEL + (Franza), SKY (UK), VIASET (Iskandinavja), CNTV (Ċina), Abu Dhabi TV (Lvant Nofsani) u oħrajn li jilħqu miljuni ta’ familji bl-eċċitament, passjoni, seħer u l-prestiġju li l-avveniment, it-timijiet, id-destinazzjonijiet ospitanti u l-esperjenza kollha provduti permezz tal-involviment tagħhom f’dawn Kampjonati.

Issa għajnejn kullhadd ser ikunu fuq il-belt Taljana ta’ Terracina fejn ser jiġri kollox u fuq Team Chaudron li se jagħmel ħilithom biex “Jieħdu Tnejn” u jagħmluha possibbli – għal darb’oħra.





Leave a comment