Terga’ tkun organizzata I-isparatura annwali tal-FKNK

Monday, July 31, 2017, 15:47

Għat-23 sena konsekuttiva, l-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK), bejn id-29 u t-30 ta’ Lulju, organizzat l-isparatura annwali tat-timijiet fir-range tal-isparar tal-plattini f’Ħal-Qormi.  Din is-sena ħadu sehem 17-il tim fejn kull tiratur spara fuq 50 plattina.  It-timijiet li jikkompetu huma magħmula minn sitt tiraturi magħżula mill-għaqdiet u sotto-kumitati fi ħdan l-istess FKNK.

Il-kompetizzjoni ntrebħet mit-tim ta’ Qormi “C” b’total ta’197 plattina, bit-tim ta’ Qormi “B” jispiċċa fit-tieni post b’195 plattina. Għat-tielet u ir-raba’ post żewġ timijiet għamlu “shoot-off”, u t-tim ta’ Rabat/Mtaħleb ġie fit-tielet post, filwaqt li it-tim ta’ l-Imsida spiċċa fir-raba’ post, peress li ż-żewġ timijiet kellhom skor indaqs qabel is-“shoot-off” ta’194 plattina.

It-tiraturi ndividwali bl-aqwa skor kienu James Vassallo fl-ewwel post, Daniel Azzopardi fit-tieni post u Silvio Sammut fit-tielet post.  Dan wara li tmien tiraturi bi’ score fuq jumejn ta’ 50 plattina minn 50, dawn reġaw sparaw fuq 50 plattina oħra biex intrebħu l-ewwel tlett postijiet.

F’dawn l-aħħar snin l-organiżazzjoni ta’ din l-isparatura, l-akbar waħda tax-xorta tagħha li tkun organizzata f’Malta, kienet vdata lis-Sotto-Kumitat tal-FKNK, il-Kummissjoni Relazzjonijiet Pubbliċi u Edukattiva (KRPE).  Il-FKNK trid tirringrazzja lill-membri tal-KRPE li hadu hsieb l-organniżazzjoni ta’ din l-attivita’, lill-’Qormi Clay Shooting Range’,  lill-’Ray’s Lido’ ta’ sponsor li ta għal parti mill premjijiet, lir-‘Referees’, lil voluntiera kollha li ħadmu biex jibqa għaddej l-isparar kif kien skedat u lit-tiraturi kollha li ipparteċipaw għal din l-attivita’ tant mistenija u prestiġuża.





Leave a comment