Tennis Club Kordin – Coaching Clinics 2016/2017

Tuesday, September 6, 2016, 20:34

Gavin Muscat

Tennis Club Kordin li hu wiehed mill-klabbs tat-tennis ewlenin f’Malta jirsisti ħafna biex ixerred l-imħabba lejn il-logħba tant popolari mal-poplu Malti. Għal dan il-għan kull sena jigu organiżzati coaching courses kemm għat-tfal kif ukoll għall-adulti. Din is-sena dawn se jibdew il-Hadd 2 ta’ Ottubru 2016 u jispiċċaw f’Mejju tal-2017. Matul dan il-perjodu jkun hemm tlett sessjonijiet ta’ coaching nhar ta’ Hadd bejn id-9.30 am… u n-12.30 pm. Fost dawn ikun hemm sessjonijiet għall-adulti li jridu jzidu fil-progress tal-logħba jew oħrajn li qegħdin jithajjru għall-ewwel darba.

Dawk kollha li se jiehdu sehem ikunu taht il-harsien ta’ tim kwalifikat magħmul minn coaches dedikati u lesti biex jaraw dejjem il-progress ta’ kull partecipant.

Tfal żgħar bejn 4 u 8 snin jersqu lejn il-logħba billi jiġu organiżzati għalihom klassijiet ta’ mini tennis. Dan jikkonsisti f’courts iżgħar li jgibu fid-daqs kwart biss ta’ dawk normali u huma kollha miżgħuda b’nets zgħar specjali filwaqt li jintuzaw blalen apposta ta’ kulur ahmar, orange u ahdar li għandhom qabza iżjed fil-baxx mill-blalen komuni biex it-tfal ikunu iżjed komdi biex jolqtu u jqabbzu n-net hekk kif jibdew jircievu l-istess blalen.

Fl-istess hin f’dawn il-klassijiet irridu nwasslu messagg lit-tfal dwar il-pjacir tal-logħba fejn jigu mgħallma t-teknika bazika tal-logħba u kif wiehed jasal
għal dan mingħajr diffikulta ta’ xejn.

Min jixtieq japplika jista jagħmel dan ONLINE billi jidħol fis-sit tal-klabb www.tennisclubkordin.com u juza l-option COACHING mhux iktar tard mill-18 ta’ Settembru 2016.





Leave a comment