Tennis Club Kordin ‘Coaching Clinics’ 2013/2014

Thursday, August 29, 2013, 13:56

Wiehed mill-iskopijiet principali ta’ Tennis Club Kordin huwa li l-loghba tat-tennis tigi vicin id-dilettanti taghha. Ghal din ir-raguni, il-coaching clinics ta’ din is-sena se jibdew fis-6 t’Ottubru 2013 u jispiccaw f’Mejju 2014. Matul dan il-perjodu jkun hemm tlett sezzjonijiet ta’ coaching bejn id-9.30 u in-12.30. Dawn jinkludu dawk immirati lejn l-adult li jrid itejjeb il-loghba tieghu u ohrajn ghall-dawk li jridu jibdew l-ewwel passi f’din illoghba tant sabieha.

Dawn is-sezzjonijiet ikunu kollha qeghdin jitmexxew minn coaches kwalifikati. Tfal bejn il-hames u t-tmien snin ikunu qeghdin jigu ntrodotti mal-loghba f’klassijiet tal-Mini Tennis. Dawn jitharrgu f’courts zghar, il-kwart fiddaqs ta’ dawk normali, mghammra b’xbieki zghar filwaqt li jintuzaw blalen hfief apposta. Dawn il-blalen jaqbzu ferm inqas minn dawk normali biex iz-zghar ikollhom iktar cans biex jolqtulhom u jqabbzuhom minn fuq in-net baxxa. Fl-istess hin, dawn it-tfal ikollhom iktar hin jikkoncentraw fuq is-swing ta’ dirajhom.





Leave a comment