Telfa sofferenti għall-Maltin fit-Turkija

Friday, September 6, 2013, 11:23

Minn Stephen Azzopardi

Wara t-telfa ta’ 2-0 kontra l-Polonja, lbieraħ ġewwa Istanbul it-tim Malti ta’ taħt il-21 sena sofra telfa ta’ 4-0 kontra t-Turkija.  Omer Ali Sahiner poġġa lit-Turkija fil-vantaġġ fis-26 minuta.  Kien l-istess Sahiner li rrdoppja l-iskor ħames minuti mit-tmiem tal-ewwel taqsima.  Meta kien fadal minuta għal tmiem l-ewwel taqsima Kerim Koyunlu għamilhom 3-0.  Enes Unal issiġilla din ir-rebħa bir-raba’ gowl fit-72 minuta.

It-tim Malti se jerġa’ jkun fl-azzjoni nhar it-Tlieta kontra l-Greċja fil-Municipal Stadium  f’Peristeri ġewwa l-Greċja.  Il-partita tibda fil-17:30.





Leave a comment