Telfa għat-tim nazzjonali Malti tal-Futsal f’Ġibiltà

Saturday, January 11, 2014, 17:04

Fl-ewwel logħba minn żewġ logħbiet ta’ ħbiberija, Malta ġiet megħluba minn Ġibiltà bl-iskor ta’ 4-3.

Ġibiltà fetħu bl-iskor kmieni fil-partita permezz ta’ Andrew Lopez.

Wara biss tliet minuta Jovica Milijic ġab id-dro għall-Maltin.

Ġibiltà baqgħu perikolużi u reġgħu marru fil-vantaġġ għal darb’oħra permezz ta’ Andrew Lopez.

Ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima Ian Rodriguez għamilhom 3-1, wara li Dylan Musu ma rnexxielux jsalva l-ballun minn fuq il-linja.

Għat-tieni taqsima l-kowċ Kevin Mifsud ħeġġeġ lill-plejers tiegħu biex ikunu aktar preċiżi.

Fil-fatt fit-tieni taqsima l-Maltin kienu aktar aggressivi u naqsu d-distakk permezz ta’ Cedric Sciberras.

Il-Maltin baqgħu jilgħabu fil-kaxxa tal-avversarji u skurjaw żewġ gowls oħra permezz ta’ Giancarlo Sammut u Rennie Tanti.

Ġibiltà reġgħu marru fil-vantaġġ, meta minn kontrattakk veloċi, Duane Robba tefa’ l-ballun fix-xibka.

Wara dan il-gowl il-Maltin tefgħu kollox fuq l-attakk u bdew jilgħabu bil-flying keeper.

Il-finali ta’ din il-partita kien tassew eċċitanti u wara li Jovica Milijic laqat il-lasta, Dylan Musu kien pront u skurja l-gowl li niżżilhom għal 4-3.

It-tim nazzjonali Malti għada fit-8pm jkollu logħba oħra ta’ ħbiberija kontra l-istess tim ta’ Ġibiltà.





Leave a comment