Team Malta jirbaħ fil-Gladiators Night XI

Sunday, October 25, 2015, 22:09
  • Note:This article has been written in both English and Maltese.
  • Nota:Dan l-artiklu ġie miktub bl-Ingliż u bil-Malti

Seba’ Kickboxers Maltin li kkompetew ma’ atleti barranin rebħu t-taqbidiet tagħhom. Tlieta minnhom jirbħu wkoll Ċinturini tat-Titli tal-World Kickboxing Network.

It-taqbida ewlenija kienet ta’ Brandon “Boġon” Borg, Team Spartans, ma’ Ungeriż. L-ewwel taqsima kienet kalma hekk kif l-atleti studjaw it-tekniki ta’ xulxin. Fit-taqsimiet l-oħrajn il-Malti kien aktar fuq l-offensiva fejn ħadem aktar lejn ir-ras kemm bil-ponn u bir-riġlejn. Wara ħames taqsimiet “Boġon” Borg rebaħ b’deċiżjoni unanima t-taqbida u t-Titlu Dinji tad-WKN.

Daniel “the Jet” Zahra, Team Noel,  kellu l-unika taqbida professjonali tal-lejla kontra Ungeriż. Kienet waħda bbilanċjata fejn iż-żewġ atleti għamlu kontrattakk fuq ieħor. Kien fl-aħħar taqsima li Zahra beda jġib il-punti hekk kif beda jolqot lill-Ungeriż f’rasu kemm bis-sieq u bl-irkoppa. Kien ukoll b’deċiżjoni unanima tal-ġurija li “the Jet” Zahra rebaħ it-taqbida.

Keith Azzopardi, Team Spartans, tqabad ma’ atleta minn Franza. Azzopardi beda jagħfas mill-ewwel lill-Franċiż biex iżommu lura. Fit-tieni taqsima l-Malti beda jdaħħal ħafna aktar punti meta beda jaħdem bil-Boxing. B’deċiżjoni unanima mill-ġurija Azzorpardi jirbaħ it-taqbida u t-Titlu Ewropew tad-WKN.

Clayton Desira, Team Noel, jirbaħ it-Titlu Internazzjonali tal-Gladiators Promotion. Desira daħal mill-ewwel bl-attakk fuq l-atleta Taljan u kif sabu mfixkel b’din l-aggressjoni uża spinning back fist fejn laqtu f’rasu. B’dan l-attakk it-Taljan spiċċa fuq it-tapit u r-referee għadd sal-għaxra. B’dan Desira jieħu t-Titlu b’KO fl-ewwel taqsima.

L-atleti Maltin l-oħrajn li rebħu meta tqabdu ma’ atleti barranin kienu Melvin Fenech u Aiden Borg Catania. It-tnejn li huma jitħarrġu ma’ Team Noel u tqabdu fil-K1. Kirstin Brown, Brown’s Boxing jirbaħ l-unika taqbida Boxing tas-serata.

It-taqbidiet l-oħrajn tal-kompetizzjoni ntrebħu minn Team Noel: Christopher Fenech, Bion Uray u Jesred Piscopo, minn Team Spartan: Shaun Falzon,  minn New Kickboxing Club: Ryan Cachia, u minn Malta Thai Boxing: Matthew Palcaraz.

Għal aktar tagħrif żuru l-paġna tal-Facebook ta’ Gladiators Promotion jew ikkuntattjaw lil Master Noel Mercieca fuq 79208283.

—————————————————————————————————————————————————————————————————————–

English

Team Malta wins in Gladiators Night XI

Seven Maltese Kickboxers who competed with foreign athletes won their matches. Three of them also won World Kickboxing Network Title Belts.

The main match was between Brandon “Boġon” Borg, Team Spartans, and a Hungarian. The first round was calm as the athletes studied each other’s techniques. In the other rounds the Maltese was more on the offensive where he aimed more to the head with punches and kicks. After the final round  ”Boġon” Borg won with an unanimous decision the match and the WKN World Title.

Daniel “the Jet” Zahra, Team Noel, had the only professional match of the night against a Hungarian. It was a balanced match where both athletes kept counterattacking. It was in the last round that Zahra started to take the upper hand as he started hitting the Hungarian in the head with both foot and knee. It was also by an unanimous jury that “the Jet” Zahra won match.

Keith Azzopardi, Team Spartans, competed with an athlete from France. Azzopardi started pressing from immediately to put the French on the defensive. In the second round the Maltese began to gain points when started working with Boxing. By unanimous decision from the jury Azzorpardi won the match and the WKN European Title.

Clayton Desira, Team Noel, won the International Gladiators Title. Desira came out with an attack on the Italian athlete and when found him pressed by this aggression performed a spinning back fist hitting the Italian’s head. With this attack the Italian ended up on the mat and the referee had to count to ten. With this Desira takes the Title with a KO in the first round.

The Maltese athletes who won over the foreign athletes were Melvin Fenech and Aiden Borg Catania. Both of them train with Team Noel and fought in K1. Kirstin Brown, Brown’s Boxing won the only Boxing match of the night.

The other matches were won by Team Noel: Christopher Fenech, Bion Urray and Jesred Piscopo, Team Spartan Shaun Falzon, New Kickboxing Club: Ryan Cachia, and Malta Thai Boxing: Matthew Palcaraz.

For more information visit Gladiators Promotion’s Facebook page or contact Master Noel on 79208283

—————————————————————————————————————————————————————————————————————–

Gallery





Leave a comment