Tazza tal-Indipendenza 2019 – Nisa

Sunday, September 29, 2019, 16:21

Hibernians jibdew l-istaġun bir-rebħ tat-Tazza Indipendenza

minn Colin Schembri

Fit-tazza Indipendenza tan-nisa ħadu sehem ic-champions Starlites Gig, Luxol,

Ritratt:Wally Galea

Hibs u Depiro. Ic-champions Starlites ikkonfermaw il-maġġoranza tal-iskwadra tal-istaġun li għadda bin-nuqqas primarju jkun dak ta’ Kristy Galea li se tkompli bl-istudju tagħha f’Universita fl-Istati Uniti. Depiro ppreżentaw diversi żgħażagħ fil-waqt li Hibs kellhom id-debutt tal-akkwist ewlieni li sar fil-basketball femminili Ashleigh Van Veit. Luxol kellhom ir-ritorn ta’ Mandi Mercieca però l-iskwadra tagħhom għada mhix kompluta. L-erbgħa timijiet lagħbu round wieħed kontra xulxin b’dawn ir-riżultati:

Starlites 41 Depiro 24 (riżultat li nbidel għal 0-20 wara protest minn Depiro)

Hibs 47 Luxol 25

Depiro 37 Hibs 65

Luxol 46 Starlites 48

Starlites 46 Hibs 54

Depiro 40 Luxol 57

Fil-partita finali Hibernians iltaqgħu kontra Luxol. Il-partita fetħet bil-Luxol jieħdu vantaġġ wara

Ritratt:Wally Galea

three pointers minn Julia Schembri u Kay Portelli 12-7. Sal-intervall Hibs irnexxielhom jerġgħu jieħdu l-vantaġġ wara three pointer ta’ Iona Agius u punti minn Sam Brincat u Van Veit għal skor ta’ 21-20. Fit-tieni sessjoni iż-żewġ timijiet baqgħu viċin xulxin għal ħin twil. Hibs imbagħad kellhom run ta’ 16-0 biex rebħu l-partita 48-29. Fi tmiem il-kompetizzjoni l-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Isport l-Onorevoli Ryan Callus flimkien mal-President tal-MBA Paul Sultana ppreżentaw il-midalji lill-finalisti u t-trofew lil Samantha Brincat captain ta’ Hibernians.

 





Leave a comment