Tazza tal-Indipendenza 2019 – Irġiel

Sunday, September 29, 2019, 12:42

Gżira Athleta jerbħu l-ewwel unur tal-istaġun

minn Colin Schembri

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet infetaħ l-istaġun tal-basketball 2019/20 bit-Tazza

Ritratt: Wally Galea

tal-Indipenenza li serviet ukoll bħala l-pre-season tournament li dejjem fetaħ l-istaġun f’dawn l-aħħar snin. Għal darb’oħra saru xi tibdiliet għal dan l-istaġun. Ir-regola li kull club jista juża sa’ massimu ta’ tlett players barranin fuq il-court issa niżlet għal tnejn fl-irġiel u wieħed fin-nisa. Kellna wkoll diversi uċuh ġodda kemm mill-Istati Uniti kif ukoll minn pajjiżi oħra fejn fost l-oħrajn ic-champions Gżira Athleta kkonfermaw lill Conell Crossland u rreġistraw lil Ian Thiesen ex-Floriana li din is-sena mhux se jipparteċipaw. Starlites kellhom żewġ Amerikani ġodda Jeremy Marseille u Konor Kulas. Luxol minn dan l-istaġun se jkunu mmexxija minn Duncan Fenech wara s-snin ta’ John Tabone kellhom lis-Serbi Vukassin Jandric u Slavko Opojevlic fil-waqt li Hibernians kellhom biss lil Ivan Demcesen għalkemm qiegħdin jistennew players oħrajn għal bidu tal-istaġun. Depiro wkoll b’Amerikan ġdid Benjamin Evans u r-ritorn ta’ Micheal Naudi taħt it-tmexxija ta ħuh Julian minn fuq il-bank. Għal din il-kompetizzjoni pparteċipaw ukoll it-team Taljan ta’ La Salle mis-Serie C u t-team mit-tieni diviżjoni Mellieħa Libertas Spalding. Huwa wkoll sodisfaċenti r-ritorn tar-referees Gordon Barbara u Luke Camilleri biex b’hekk in-numru kompla jikber.

Ir-riżultati kollha tal-ewwel fażi kienu dawn:

Grupp 1

Depiro 63 Mellieħa 54

Starlites Gig 71 Depiro 53

Mellieħa 65 Starlites GIG 65-61

Starlites u Mellieħa għaddew għas-semi-finali.

Grupp 2

Hibs 50 Luxol 58

Gżira Athleta 56 La Salle 38

Luxol 48 Gżira Athleta 56

La Salle 50 Hibs 53

Gżira Athleta 61 Hibs 49

La Salle 63 Luxol 62

Gżira Athleta u Luxol għaddew għas-semi-finali.

Fl-ewwel semi-finali Starlites għelbu lil Luxol 60-43 fil-waq li fit-tieni waħda Athleta

Ritratt: Wally Galea

kellhom rebħa kontra Mellieħa 72-52 biex l-ewwel finali tal-istaġun saret bejn Gżira Athleta u Starlites GIG.

Il-finali bejn Starlites u Athleta rat lil dawn tal-aħħar jieħdu l-ewwel vantaġġ ta’ 16-17 u kabburh għal 12 –il punt 25-13. Hawn Starlites kellhom mument tajjeb bi break ta’ 16-4 biex sal-intervall kienu 32-29 minn fuq. Wara l-intervall, Athleta għal tlett darbiet waslu sa’ punt ‘l bogħod però kienet biss run ta’ 11-0 lejn it-tmiem li rat lil Athleta jieħdu l-partita f’idejhom u joħorġu rebbieħa.

Fi tmiem il-kompetizzjoni l-Onorevoli Ryan Callus Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Isport l-Onorevoli ppreżentaw il-midalj lil finalisti u t-trofew lil Peter Shoults captain ta’ Gżira Athleta.





Leave a comment