Tata Motors Loyola u Bupa Luxol fil-finali

Thursday, April 12, 2012, 10:01

minn Colin Schembri

Placing Pool Div 1/Div 2

 

Bell Net SN Suns 49

Tata Motors Loyola 100

(5-24)(8-29)(15-24)(21-23)

 

Starlites vs Luxol

Starlites vs Luxol

Fit-tieni semifinali tal-placing pool ta’ l-ewwel u t-tieni diviżjoni flimkien, ma kien hemm l-ebda sorpriża. Flewwel partita kif mistenni, Tata Motors Loyola reġgħu għelbu lil Bell Net SN Suns 100-49 fejn kull player niżżel ismu fost l-iskorers. Suns kienu mingħajr Reno Camilleri fil-waqt li Joshua Anastasi kien nieqes għal Loyola b’injury twila. Il-oachAlfred Mifsuduża diversi żgħażagħ bi preparazzjoni għal fażi finali tal-kampjonat ta’ taħt it-23 sena. Loyola bdew jiddominaw sa’ mil-bidu u għamlu l-ewwel tmien punti tal-partita fosthom trippla ta’ Sean Borg. Igor Marjanovic għamel l-ewwel basket għal Suns u Loyola rrispondew bi break ta’ 13-1 b’David Camilleri jagħmel żewġ trippli. Fit-tmiem is-sessjoni Loyola kienu 24-5 minn fuq u fit-tieni perjodu żiedu l-vantaġġ b’diversi punti minn Sean Pace u Billy Zammit. Marjanovic għamel il-punti ta’ Suns flimkien ma Michael Barberi u Robert Camilleri pero’ fl-intervall Loyola kellhom vantaġġ ta’ 40 punt 53-13.

Fit-tielet sessjoni waslu iktar three pointers minn Loyola permezz ta’ Camilleri u Pace għalkemm Suns bdew iwieġbu għal baskets li bdew jaqalaw. Iż-żagħżugħ Luke Azzopardi għamel trippla fis-seba’ minuta u beda run ta’ 9-2 minn Loyola temmew is-sessjoni 77-28 minn fuq. Suns fetħu l-aħħar sessjoni b’4 punti minn Keith Scicluna qabel ma Loyola komplew iżidu l-vantaġġ b’iktar trippli ta’ Camilleri. Suns għamlu run ta’ 11-2 biex għollew il-punteġġ tagħhom. Azzopardi għamel il-mitt punt ta’ Loyola fl-aħħar attakk għal skor finali ta’ 100-49.

 

Bell Net SN Suns: K. Scicluna 10, R. Camilleri 4, H. Agius 3, M. Barberi 6, T. Grech 3, R. Mercieca 2, I. Marjanovic 21.

Tata Motors Loyola: S. Pace 11, B. Zammit 15, D. Camilleri 18, M. Cilia 4, S. Borg 5, L. Azzopardi 9, S. Vella 4, A. Axiaq 6, J.P. Azzopardi 6, J. Ransley 5, R. Harris 17.

Referees: Alfred Carbonaro, Steve Gouder

 

Starlites 62

Bupa Luxol 99

(15-28)(18-20)(17-21)(12-30)

 

Bupa Luxol ukoll kisbu t-tieni rebħa fil-placing pool kontra Starlites bi skor ta’ 99-62 u issa jilgħabu kontra Loyola fil-finali. Iż-żewġ timijiet kienu bil-formazzjoni kompleta tagħhom. Il-bidu tal-partita kien ekwilibrat u ż-żewġ timijiet bdew jirrispondu l-ewwel xulxin fl-ewwel minuti. L-ewwel run ta’ Luxol kienet ta’ 10-2 biex marru 16-8 minn fuq. Starlites wieġbu permezz ta’ Francois Bartolo li kellhu wkoll trippla qabel ma Luxol għalqu s-sessjoni bi 8 punti konsekuttivi għal skor ta’ 28-15. It-tieni sessjoni kienet iktar bilanċjata b’diversi baskets fuq kull naħa speċjalment fl-ewwel minuti. Luxol għaqqdu break ta’ 12-4 sat-tmien minuta u għalkemm Starlites reġgħu wieġbu, fl-intervall Luxol kienu 48-33 minn fuq.

Starlites komplew jersqu viċin fil-bidu tat-tielet sessjoni b’baskets ta Robert u Saviour Bonnici u waslu sa’ 13 –il punt fil-ħames minuta 41-54. Antoine Costa wieġeb bi trippla għal Luxol flimkien ma basketgs ta’ CJ Cordina u Tom Paris u temmew il-perjodu 69-50 fuq quddiem. L-aħħar sessjoni kienet iktar f’idejn il-Luxol li bdew bi break ta’ 8-2. Wara li Starlites għamlu żewġ baskets konsekuttivi, Luxol għamlu run ta’ 19-2 u baqgħu sejrin biex rebħu l-partita 99-62.

 

Starlites:  R.Loporto 13, R. Bonnici 13, S. Bonnici 10, C. Doublet 6, D. Sultana, C. Borg 1, A. Schembri 6, D. Deguara, A. Cutajar 2, F. Bartolo 11.

Bupa Luxol:  CJ Cordina 14, M. Mercieca 18, A. M. Trgona 10, L. Ross 13, A. Costa 11, N. Vasovic 2, T. Paris 17, M. A. Montalto 2, E. C. Montaldo 2, JP Bonnici 4, S. Capello 6.

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile





1 Comment

  1. louis mizzi says:

    what a waste of time and money…………..qisa a training session with these massive scores. Kienx hemm xi gate money tajba to watch these games?

    [Reply]

Leave a comment