Tata Motors Loyola jissorprendu lil Siġġiewi Derby fl-aħħar partita

Monday, May 9, 2011, 14:44

minn Colin Schembri

KAMPJONAT L-EWWEL DIVIZJONI

A to Z Electronics Athleta 93
Depiro 52

(20-8)(21-11)(32-12)(20-21)

Athleta vs Luxol

Athleta vs Luxol

A to Z Electronics Athleta temmew l-impenji tagħhom b’rebħa faċli fuq Depiro 93-52 biex b’hekk Depiro spiċċaw fir-raba’ post u Bupa Luxol ikkwalifikaw għac-championship pool. Athleta kienu mingħajr Steve Schembri u Etienne Bezzina. Wara basket fuq kull naħa, Athleta bdew jinqatgħu mal-ewwel fuq quddiem b’run ta’ 10-0 bid-Depiro jwieġbu bil-punti ta’ David Bugeja fosthom trippla. Athleta għalqu l-perjodu b’run oħra ta’ 8-1 u fetħu vantaġġ ta’ 12-il punt 20-8. Fil-bidu tat-tieni perjodu, Depiro għamlu run ta’ 11-2 inkluża trippla ta’ Roderick Vella biex naqqsu d-distakk għal 3 punti 19-22. Pero’ hawn waslet run stupenda minn Athleta ta’ 19-0 li bdewha bi trippla t’Omar Said u fil-halftime kienu 22 minn fuq 41-19.

Athleta komplew jiddominaw il-partita anke fit-tielet perjodu fejn bdew bi break ta’ 8-0 qabel ma Bugeja u Vella bi trippla wieġbu għal Depiro. Athleta għamlu run oħra ta’ 19-0 biex fi tmiem it-tielet sessjoni kienu 73-31 minn fuq. L-aħħar sessjoni kienet biss formalita u kienet iktar miftuħa biż-żewġ timijiet iwieġbu lil xulxin kontinwament biex Athleta ħarġu rebbieħa 93-52.

 

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 29, J. Zammit, D. Schembri 16, C. Galea 3, O. Said 10, A. Bonnici 21, K. Baldacchino 8, A. Ryan 6.

Depiro:  R. Vella 9, J.P. Schembri 5, D. Bugeja 6, A. Aquilina 11, J. Gatt 4, E. Lupo 15, M. Mallia 2.

Referees: Gordon Barbara, Clive Terribile, Alfred Carbonaro.

 

Tata Motors Loyola 68

Siġġiewi Derby 62

(17-14)(18-16)(10-13)(23-19)

Tata Motors Loyola temmew l-impenji tagħhom fil-kampjonat b’rebħa ta’ prestiġju fuq ic-champions Siġġiewi Derby 68-62.  Siġġiewi kienu mingħajr Peter Shoults u John Doughty waqt li Joshua Anastasi kien nieqes għal Loyola. Loyola kellhom l-aħjar bidu fejn ħasdu lil Siġġiewi bi break inizjali ta’ 15-3 li għalquh bi trippla ta’ Jovan Mihailovic. Siġġiewi wieġbu bi trippli ta’ Marco Matijevic u punti ta’ Alan Borg biex sa tmiem is-sessjoni naqqsu d-distakk għal 3 punti 14-17. Fit-tieni perjodu l-partita baqgħet bilanċjata pero’ Siġġiewi qatt ma rnexxielhom jieħdu vantaġġ. Huma dejjem irnexxielhom jaslu biss sa punt il bogħod pero’ baskets ta’ Anton Axiaq u Sean Pace raw lil Loyola jidħlu jistrieħu 5 minn fuq 35-30.

Siġġiewi marru għal-ewwel darba minn fuq fit-tielet perjodu meta bdewh bi break ta’ 6-0. Loyola wieġbu bil-punti ta’ Pace u Billy Zammit biex reġgħu marru 2 punti minn fuq 41-39. Minkejja li Matijevic baqa’ jwieġeb għal Siġġiewi, Loyola żammew il-vantaġġ 45-43 fi tmiem is-sessjoni. Loyola bdew l-aħħar sessjoni b’run ta’ 8-0 fosthom trippla ta’ Pace biex fetħu vantaġġ ta’ 10 punti 53-43. Lee Ross wieġeb għac-champions b’5 punti pero’ Mihailovic u David Camilleri reġgħu taw vantaġġ ta’ 9 punti lil Loyola 57-48. Siġġiewi ma rnexxielhom jirkupraw dan id-distakk fejn l-aktar li waslu viċin kien fl-aħħar ħinijiet meta Matijevic għamilhom 62-66 minn taħt. Loyola baqgħu iżommu sod fl-aħħar sekondi tal-partita biex żammew il-vantaġġ u rebħu 68-62.

Tata Motors: S. Pace 13B. Zammit 4, D. Camilleri 15, S. Borg, S. Vella 1, A. Axiaq 11, J. Mihailovic 20, J. Ransley, A. Tabone 4.

Siġġiewi Derby: E. Xuereb 3, A. Borg 4, A. Micallef 8, L. Ross 12, K. Borg, J. Jetson 4, M. Matijevic 31.

Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Emanuel Mangani.

Klassifika Kampjonat Irġiel – FINALI
Team Logħob Rebħ Telf Punti
A to Z Electronics Athleta 12 11 1 23
Siggiewi Derby 12 8 4 20
Bupa Luxol 12 5 7 17
Depiro Mtarfa 12 4 8 16
Tata Motors Loyola 12 2 10 14

 

Bank of Valletta Knock Out Semifinali

A to Z Electronics Athleta 81
Bupa Luxol 51

 (22-8)(14-9)(19-18)(26-16)

A to Z Electronics Athleta saru t-tieni finalisti tal- Bank of Valletta Knock Out għal dan l-istaġun u issa jiltaqgħu ma’ Siġġiewi Derby fit-22 ta’ Mejju. Athleta li kellhom lil Steve Schembri għal darb’oħra ndispost fetħu tajjeb u fl-ewwel ħames minuti għamlu run ta’ 14-0. Andrew Cremona għamel l-ewwel basket ta’ Luxol bl- Athleta jwieġbu permezz ta’ Adison Bonnici u Michael Naudi. Basket ta’ Nikola Vasovic għalaq l-ewwel sessjoni bl- Athleta 22-8 minn fuq. Huma komplew ikabbru l-vantaġġ fit-tieni sessjoni fejn fis-sitt minuta kienu 21 minn fuq 31-10. Luxol għamlu trippla minn Jean Paul Bonnici b’Omar Said jagħmel oħra għal Athleta u fil-mistrieħ kienu 36-17 minn fuq.

It-tielet perjodu kien iktar bilanċjat fejn Luxol għamlu l-ewwel ħames punti bi trippla oħra ta’ Bonnici u basket ta’ Petar Apcev. Pero’ Athleta malajr wieġbu wkoll minn trippla ta’ Kristin Baldacchino biex fetħu vantaġġ t’20 punt 45-25. Fl-aħħar 4 minuti kien hemm baskets fuq kull naħa b’Marco Mercieca jagħlaq il-peerjodu bi trippla b’Luxol minn taħt 35-55. Fl-ewwel sitt minuti tal-aħħar sessjoni, Athleta għamlu run ta’ 17-2 mibdija bi trippla ta’ Etienne Bezzina u magħluqa b’oħra ta’ Said. Luxol irrispondew bil-punti ta’ Apcev u Bonnici pero’ ma setgħu qatt jirkupraw id-distakk u Athleta rebħu l-partita 81-51.

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 22, J. Zammit, D. Schembri 17, E. Bezzina 6, C. Galea 2, O. Said 10, A. Bonnici 12, K. Baldacchino 12, A. Ryan, S. Schembri.

Bupa: CJ. Cordina, M. Mercieca 10, R. Azzopardi, A. M. Trigona, P. Apcev 11, A. Costa, N. Vasovic 5, T. Paris 2, A. Cremona 5, E.C. Montalto, J.P. Bonnici 18, S. Capello.

Referees: Gordon Barbara, Emanuel Mangani, Jean Paul Sammut.





Leave a comment