Tata Motors Loyola jieħdu l-ewwel rebħa

Tuesday, April 24, 2012, 22:49

minn Colin Schembri

Placing Pool Div 1/Div 2 – Finali 1

 

 Bupa Luxol 57

Tata Motors Loyola 79

(13-19)(13-19)(8-18)(23-23)

 

Luxol vs Loyola

Luxol vs Loyola

Fl-ewwel finali tal-placing pool, Tata Motors Loyola għelbu lil Bupa Luxol 79-57. Luxol inkludew lil Dyson Falzon preo’ Loyola kienu superjuri hekk kif l-Amerikan Rashanti Harris kien pedina mportanti f’din ir-rebħa kontra team magħmul kollhu minn players Maltin. Kienu Loyola li ħadu l-ewwel vantaġġ 8-3 wara l-ewwel minuti. Luxol resqu viċin b’baskets ta’ Marco Mercieca u CJ Cordina pero’ Loyola għamlu run ta’ 9-2 b’diversi punti ta’ Jean Paul Azzopardi fosthom trippla biex temmew is-sessjoni 19-13 minn fuq. Loyola komplew jagħfsu fil-ftuħ tat-tieni sessjoni b’run oħra ta’ 11-2 u fir-raba’ minuta kellhom vantaġġ doppju 30-15. Luxol għajtu time-out u wieġbu bi break ta’ 11-3 bi trippla ta’ Cordina biex naqqsu d-distakk għal 7 punti. Loyola għamlu l-aħħar basket u trippla minn Stefan Vella biex daħlu jistrieħu 12 minn fuq 38-26.

Wara l-intervall Loyola komplew jinqatgħu mill-avversarji bi break ieħor ta’ 9-2 b’punti minn Harris. Jean Paul Bonnici u Tom Paris wieġbu għal Luxol qabel ma’ Azzopardi għamel trippla oħra għal Loyola. Harris flimien ma’ Sean Pace għalqu l-perjodu fuq skor ta’ 56-34 favur Loyola. L-aħħar sessjoni bdiet bi trippla ta’ Pace għalkemm il-logħob kien iktar maqsum. Wara run ta’ 9-3 minn Loyola Luxol wieġbu b’oħra ta’ 10-2 b’punti miż-żagħżugħ Stefan Capello. Pero’ huma kienu għadhom il-bogħod mill-avversarji biex Loyola rebħu l-partita 79-57.

 

Bupa Luxol:  CJ Cordina 7, M. Mercieca 4, D. Falzon, A. M. Trigona 4, L. Ross 10, A. Costa, N. Vasovic 4, T. Paris 4, M. A. Montalto, E. C. Montaldo, JP Bonnici 14, S. Capello 10.

Tata Motors Loyola: S. Pace 8, B. Zammit 5, D. Camilleri 9, M. Cilia, S. Borg 2, L. Azzopardi, S. Vella 5, A. Axiaq 6, J.P. Azzopardi 13, J. Ransley, R. Harris 31.

Referees: Emanuel Mangani, Steve Gouder, Clive Terribile





Leave a comment