Tata Motors Loyola bl-ewwel rebħa fil-kampjonat wara l-ħin barrani

Monday, February 13, 2012, 9:04

minn Colin Schembri

Floriana vs Athleta

Floriana vs Athleta

Kampjonat MSV Life Irġiel

Bupa Luxol 63

Tata Motors Loyola 68

(22-15)(13-17)(9-21)(13-4)(6-11)

 

Tata Motors Loyola kisbu l-ewwel rebħa tagħhom fil-kampjonat MSV Life meta għelbu lil Bupa Luxol 68-63 biex il-klassifika kompliet tiqsar. Intant il-partita kellha tiġi deċiża fil-ħin barrani wara li l-ħin regolamentari ntemm bi skor indaqs ta’ 57-57. Luxol kienu bil-formazzjoni kompleta tagħhom fil-waqt li għal Loyola reġa kien nieqes Joshua Anastasi pero’ nkludew lil Mark Cilia. Il-partita bdiet b’baskets fuq kull naħa bil-Loyola jieħdu vantaġġ 6-4. Hawn Luxol għamlu run ta’ 10-0 b’punti minn Jeron Belin, Lee Ross u Nikola Vasovic biex marru fuq quddiem. Rashanti Harris naqqas id-distakk għal Loyola  u wara li Ross wieġeb għal Luxol, punti minn Harris u Sean Pace raw lil Loyola jkomplu jersqu viċin. Luxol għalqu l-ewwel sessjoni 22-15 minn fuq pero’ fil-ftuħ tat-tieni waħda, trippli ta’ Jean Paul Azzopardi u Pace raw lil Loyola jaslu sa punt il-bogħod 25-26. Trippla ta’ Ross u basket ta’ Vasovic reġgħu kabbru l-vantaġġ ta’ Luxol pero Loyola wieġbu bil-punti ta’ Harris biex fl-intervall Luxol kienu 3 minn fuq 35-32.

Fil-ftuħ tat-tielet sessjoni Luxol kabbru l-vantaġġ bi trippla oħra ta’ Vasovic pero’ fir-raba’ minuta Loyola ppareġjaw 38-38 wara basket minn Jonathan Ransley. Huma ħadu vantaġġ bi trippli ta’ Sean Borg u Azzopardi u minkejja li Luxol ġabu l-iskor indaqs 44-44, Lyola għalqu s-sessjoni b’run ta’ 9-0 bit-tieni trippla ta’ Borg biex għalqu s-sessjoni fuq quddiem 53-44. Luxol ħarġu agressivi fir-raba’ sessjoni u bil-punti konsekuttivi ta’ Belin naqqsu d-distakk għal basket 51-53. Azzopardi għamel basket għal Loyola pero’ Belin kompla bil-punti tiegħhu għal parita 55-55. Sa tmiem il-partita saru basket fuq kull naħa u minkejja li Lee Ross kellu l-ballun għall-aħħar 24 sekonda ma rnexxielux jagħmel il-basket biex il-partita kellha tagħddi għal ħin barrani fuq skor ta’ 57-57. Loyola bdew bl-ewwel ħames punti pero’ Luxol wieġbu bi trippla ta’ Ross u free-throw ta’ Belin. Harris għamel tlett punti għal Loyola b’Ross jerġa jwieġeb għal Luxol li pero tilfu l-pusses tal-ballun fl-attakki ta’ wara. Free-throws minn Loyola għalqu l-partita biex huma ħarġu rebbieħa 68-63.

 

Bupa Luxol:  CJ Cordina, M. Mercieca 4, J. Belin 21, A. M. Trigona 4, L. Ross 19, A. Costa  N. Vasovic 11, T. Paris, M. A. Montalto, E. C. Montaldo, JP Bonnici 4, S. Capello.

Tata Motors Loyola: S. Pace 16, B. Zammit, D. Camilleri 5, M. Cilia, S. Borg 6, L. Azzopardi, S. Vella, A. Axiaq 6, JP Azzopardi 10, J. Ransley 10, R. Harris 20.

Referees: Bernard Vassallo, Emanuel Mangani, Alfred Carbonaro.

 

Floriana Francesco Fenech 46

A to Z Electronics Athleta 83

(17-13)(13-21)(12-22)(4-27)

 

Ic-champions A to Z Electronics Athleta komplew jikkonfermaw il-qawwa tagħhom meta għelbu lil Floriana Francesco Fenech li kienu għaddejin minn fażi tajba 83-46. Athleta li kellhom lil Dirk Schembri, Steve Schembri u Ivan Buldakov neqsin annulaw il-qawwa ta’ Evan Fjeld, l-Amerikan ta’ Floriana li tant kellhu bidu tajjeb f’pajjiżna. Huma ddominaw taħt il-boards propju fejn l-Amerikan Furjaniż jispikka bil-logħob tiegħu u ħadu 62 rebound kontra l-25 ta’ Floriana. Intant kienu Floriana li kellhom l-aħjar bidu meta bi three pointers ta’ l-aħwa Sammut marru 10-3 minn fuq. Athleta bdew inaqqsu d-distakk pero fis-sitt minuta Chris Sammut għamel trippla oħra flimkien ma’ basket biex Floriana temmew is-sessjoni 17-13 minn fuq. Athleta fetħu t-tieni sessjoni bi trippla minn Omar Said pero’ fir-raba’ minuta Floriana kienu għadhom fuq quddiem 26-19 wara trippla minn Adrian Baldacchino. Hawn Athleta għamlu run ta’ 13-0 biex ħadu l-vantaġġ u fl-intervall kienu 34-30 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni Floriana reġgħu marru fuq quddiem wara run ta’ 9-1 mibdija bi trippla ta’ Chris Sammut. Fil-ħames minuta Athleta għamlu break ieħor qawwi ta’ 19-3 b’diversi punti ta Marco Todorovic, Michael Naudi u trippla ta’ David Bugeja biex fi tmiem is-sessjoni kienu 56-42 minn fuq. L-aħħar sessjoni kienet kompletament f’idejn Athleta li bdew bi trippli minn Bugeja u Omar Said f’run ta’ 15-0. Clayton Calleja għamel basket għal Floriana pero c-champions għamlu 12 –il punt mingħajr risposta. Basket ta’ Fjeld għalaq il-partita favur Athleta 83-46.

 

Floriana Francesco Fenech: J. Curmi, C. Sammut 19, I. Mercieca 3, S. Sammut 11, C, Calleja 2, A. Baldacchino 3, E. Fjeld 8, A. Sultana , M. Ciantar.

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 19, D. Bugeja 13, M. Todorovic 15, M. Giusti, O. Said 22, A. Bonnici 10, K. Baldacchino 4.

Referees: Alfred Carbonaro, Clive Terribile, Steve Gouder.

 

Depiro 73

Siġġiewi 68

(9-15)(19-14)(14-19)(31-20)

 

Sas-sitt minuta ta’ l-aħħar sessjoni, Mario Tabone deher li se jibda l-impenji tiegħu fuq il-bank ta’ Depiro b’telfa meta Siġġiewi kienu 60-47 minn fuq. Pero’ rimonta stupenda mill-players tiegħu mmexxija minn Greg Hamlin u Roderick Vella rathom jieħdu vantaġġ fl-aħħar sekondi bi trippla ta’ Jean Paul Schembri li tathom ir-rebħa 73-68. Depiro kienu mingħajr Emanuel Lupo fil-waqt li Siġġiewi kienu wkoll mingħajr Louis Camilleri u nkludew liż-żagħżugħ Adam Cutajar. Il-partita kienet missielta bis-Siġġiewi jieħdu vantaġġ bikri ta’ 10-2 sar-raba’ minuta. Baskets minn Abraham Portelli bdew ir-rimonta ta’ Depiro b’Alan Borg iwieġeb għal Siġġiewi li temmew is-sessjoni 15-9 minn fuq. Borg flimkien ma Chris Meier raw lil Siġġiewi jkabbru d-distakk fil-ftuħ tat-tieni sessjoni 22-13. Adrian Micallef kien l-aktar attiv għal Depiro li sad-disa’ minuta marru minn fuq 28-26. Fl-aħħar minuta Siġġiewi għamlu tlett free-throws biex daħlu jistrieħu 29-28 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni Depiro reġgħu ħadu l-vantaġġ wara iktar punti minn Micallef b’Alan Borg jispiċċa fouled out fit-tielet minuta bil-coach ta’ SiġġiewiPeter Farrugiajagħjjat lil żagħżugħ ieħor Ryan Agius. Agius beda run ta’ 14-4 minn Siġġiewi fejn kien hemm ukoll trippla ta’ Karl Borg biex Siġġiewi bdew l-aħħar sessjoni 48-42 minn fuq. Wara li Depiro naqqsu d-distakk għal 3 punti, Siġġiewi għamlu break ieħor din id-darba ta’ 12-2 biex ħadu vantaġġ ta’ 13 –il punt 60-47. Hawn pero’ waslet ir-rimonta ta’ Depiro mibdija minn baskets, dunk u trippla ta’ Hamlin biex fid-disa’ minuta trippla ta’ Vella ġabet l-iskor indaqs 65-65. Marco Matijevic reġa poġġa lil Siġġiewi minn fuq pero fl-attakk ta’ wara Andrew Aquilina ppareġja bi trippla. Siġġiewi ma skurjawx u meta kien għad fadal 10 sekondi assist ta’ Vella lil Schembri li għamel it-three pointer deċisiv li bih Depiro marru fuq quddiem 71-68. Kien għad fadal pusess għal Siġġiewi li pero’ tilfu l-ballun u free-throws ta’ Aquilina serrħu ras Depiro li rebħu l-partita 73-68.

 

Depiro: R. Vella 9, JP Schembri 3, A. Aquilina 11, A. Portelli 6, A. Micallef 17, M. Mallia 6, I. Tanti 4, G. Hamlin 17.

Siġġiewi: R. Agius 4, A. Cutajar, E. Xuereb 2, A. Borg 10, K. Borg 13, C. Maeir 19, C. Codomaris, M. Matijevic 20.

Referees: Steve Gouder, Emanuel Mangani, Clive Terribile

 

Klassifika Kampjonat MSV Life Irġiel

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
A to Z Electronics Athleta

6

6

0

12

454

318

Depiro

6

3

3

9

385

405

Floriana Francesco Fenech

6

3

3

9

400

410

Bupa Luxol

6

3

3

9

420

464

Siġġiewi

6

2

4

8

416

432

Tata Motors Loyola

6

1

5

7

392

438

 





9 Comments

  1. PAUL SULTANA says:

    I will explain some facts of how the disciplinary commision works. The commisioner is chosen by the clubs by a vote by the same clubs who have complete confidence in this person. Mr Micallef has been doing this task for the last years and one must mention that this is on a voluntary basis. Just a short not to celticstillidie. If he wants a proper explanation for his insinuations, I tell him to post on the Malta basketball associationnofficial facebook, and I will gladly explain everything. We have nothing to hide and will gladly explain everything, but I will not answer to some one who hides behind a blog.

    [Reply]

  2. CelticstillIdie says:

    So from this report it seems that the Luxol players proved by video evidence to be lying in last week’s case involving Steve Sammut, who was wrongfully accused of racist remarks, played regularly in this weekend’s program. Is the case involving these four players still pending or have they merely been given a slap on the wrist?

    Does the MBA fully understand the serious implications these accusations could have had on Mr. Sammut’s reputation, let alone professional career? Is the MBA suggesting that lying and false accusations are a minor offence? Is the MBA also suggesting that retaliating and swinging to hit another person a minor offence not punishable with a few games suspension. Or are we trying to accommodate some teams and personalities with these decisions. 

    From reading the Disciplinary report published by ‘Floriana Fan’, it is said that the Disciplinary Commissioner is Mr. Anthony Micallef. Who is this guy? What are his credentials, does he fit the role of being a disciplinary commissioner? Who chooses these people in order to ensure proper disciplinary measures are taken as to not embarrass the MBA.

    Will Paul Sultana comment on these recent events? Can we know what he thinks about lying and false accusations?!

    [Reply]

    louis mizzi Reply:

    mr anthony micallef is the same person who wastes his time as a table official and sucks money from the mba to do so. wake up mba and just get rid of this old clown.

    [Reply]

    Tony Camilleri Reply:

    Mr.Mizzi, inti tidher li taf kollox fuq kullhadd, qed nistiednek biex minflokk tinheba wara isem fittizzju biex tinsinwa u ssawwat lil min ma jaqbilx mieghek, tigi taqsam maghna hsibijietek ghal gid tal-loghba li tant inhobbu.

    [Reply]

    love this game? Reply:

    To Mr. Louis Mizzi,
    So in your opinion Mr. Mizzi, table officiating is a wast of time and sucking money from an association. Am I right ? in respect to all table officials, can the King (president of the MBRA) Gordon Barbara comment please? By the way, Mr. Micallef is the commissioner of the game and at the same time the discipline commissioner. What will happen if a team member is brought to discipline board,if the T/ F is given by the same Mr.Micallef as game commissioner?

    [Reply]

  3. louis mizzi says:

    kollox qadu miftuf. l emperatur kellu zewc rebhit din il gimgha. u tela it tiemi post fil divisjoni tal irgiel. prosit lit tim tad depiro imma mhux bil hila tal kowc il gdid is sur tabone. tal loyola flahhar qamu fuq tahhom. tal luxol kellhom doxxa kiesha bhal tal furjana. siggiewi marru jarqdu u il sliema baqaw full steam ahead……hekk tamel meta jkollow bir tal liri warajk

    [Reply]

    karmnu Reply:

    ahjar titghallem tikteb bil-malti

    [Reply]

    Truly Bball Lover Reply:

    Sur Mizzi… Your taking things too far… I hope that someone wil ltake action on you and make it PUBLIC.. it looks like that you now a lot … and if you think your right why hide behind a name ??!

    [Reply]

  4. karmnu says:

    l-imperatur inhanaq jaghjjar lir-referees il-bierah

    [Reply]

Leave a comment