Tasal l-ewwel rebħa ta’ Tata Motors Loyola

Tuesday, February 5, 2013, 4:00

minn Colin Schembri

Pavi Depiro 57

Floriana Francesco Fenech 70

(15-18)(6-15)(16-25)(20-12)

 

Floriana Francesco Fenech marru momentarjament fl-ewwel post tal-klassifika meta għelbu lil Pavi Depiro 70-57. Depiro kienu biss id-dell tat-team li tant kellhu wirjiet sbieħ fl-aħħar partiti. Meta s-shooters ta’ Depiro ma jkunux f’burdata posittiva t-team ibati u dak li ġralhom kontra Floriana hekk kif kemm Roderick Vella kif ukoll Andrew Aquilina li ġie lura wara li tilef l-aħħar partita kellhom ġurnata negattiva. Depiro ħadu l-ewwel vantaġġ tal-partita wara punti ta’ Shawn Morgan biex wara ħames minuti kienu 8-5 minn fuq. Floriana bdew jirrispondi bil-baskets ta’ Dirk Schembri u Matt Glass u għamlu run sabiħa ta’ 13-2 fejn kellhom ukoll trippla minn Bevan Scott Camilleri. Depiro rkupraw xi ftit sa’ tmiem is-sessjoni b’ħames punti mingħajr risposta biex fi tmiemha Floriana kienu 3 minn fuq 18-15. Fl-ewwel minuti tat-tieni perjodu kienu Floriana li bdew tajjeb b’punti konsekuttivi minn Chris Sammut biex kabbru l-vantaġġ għal 9 punti 24-15. Depiro bdew isibu diffikulta fl-attakk u Floriana kellhom trippla minn Ian Mercieca u fl-intervall kienu 32-21 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni baskets minn Morgan u Aquilina reġgħu ressqu lil Depiro viċin. Pero’ Floriana malajr wieġbu b’run ta’ 11-2 bi trippla minn David Camilleri. Morgan kellhu żewġ baskets oħra pero’ Floriana kellhom il-punti ta’ Glass u Camilleri bi trippla. Floriana bdew ir-raba’ taqsima b’vantaġġ ta’ 21 punt 58-37 pero’ Depiro għamlu sforz ieħor u kellhom run ta’ 8-0 fl-ewwel erba’ minuti. Sammut u Glass wieġbu għal Floriana qabel ma Morgan u Isaac Tanti reġgħu għamlu l-punti għal Depiro. Schembri kellhu 5 punti għal Floriana u minkejja li Morgan kiseb tlett baskets konsekuttivi, dawn kienu ftit wisq għax Floriana kellhom il-partita f’idejhom u ħarġu rebbieħa 70-57.

           

Pavi Depiro: R. Vella 2, A. Aquilina 4, A. Portelli 5, D. Agius, E. Lupo 2, M. Mallia, I. Tanti 14, S. Morgan 30.

Floriana Francesco Fenech: A. Baldacchino, B. Scott Camilleri 13, D. Camilleri 4, M. Glass 22, C. Sammut 16, I. Mercieca 3, C. Calleja, D. Schembri 12, S. Saakian.

Referees: Gordon Barbara, Steve Gouder, Clive Terribile.

 

Bupa Luxol 69

Tata Motors Loyola 79

(16-13)(19-21)(11-21)(23-24)

 

Tata Motors Loyola kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun fit-tieni partita taħt it-tmexxija tal-coach Joe Zammit. Loyola dehru team dixxiplinat u fl-attakk dawwru l-ballun tajjeb u sabu lil Amerikan Dominic Mazzocchi f’ġurnata stupenda fejn kellhu 47 punt u 6 three pointers. L-Amerikan ta’ Luxol Stephen Shackleford ukoll kellhu partita tajba pero’ l-players Maltin ma kienux fil-burdata tas-soltu. Il-bidu tal-partita kien bilanċjat u ż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin bil-Loyola jieħdu vantaġġ ta’ punt fit-tielet minuta 7-6. Luxol reġgħu ħadu l-vantaġġ wara punti minn Shackleford, Adrian Micallef u trippla ta’ Nikola Vasovic. Mazzocchi kompla jwieġeb għal Loyola pero’ Luxol temmew is-sessjoni 3 punti minn fuq 16-13. Luxol żammew il-vantaġġ wara l-ewwel żewġ minuti tat-tieni perjodu pero’ hawn Loyola għamlu l-ewwel break tagħhom ta’ 9-0 bl-ewwel trippla ta’ Mazzocchi biex marru minn fuq 24-20. . Ir-risposta ta’ Luxol kienet immedjata u kienu huma li għamlu break ieħor ta’ 11-2 biex ħadu vantaġġ ta’ 5 punti 31-26. Mazzocchi kompla bi three pointers tiegħu pero’ kienu Luxol li daħlu jistrieħu punt minn fuq 35-34.

Wara l-intervall, Luxol fetħu b’basket ta’ Shackleford pero’ hawn waslet run oħra ta’ 10-0 b’żewġ trippli oħra ta’ Mazzocchi biex reġgħu ħadu l-vantaġġ 44-37. Shackleford reġa wieġeb pero’ trippli ta’ Billy Zammit u Mazzocchi raw lil Loyola jiftħu vantaġġ ta’ 12 –il punt 53-41. Luxol għamlu 5 punti mingħajr risposta pero’ Loyola kienu għadhom 9 minn fuq 55-46. Fil-ftuħ tal-aħħar taqsima, Luxol bdew bi trippla ta’ Vasovic u basket ta’ Shackelford pero’ punti kontinwi ta’ Mazzocchi żammewhom il-bogħod. Trippla minn Jean Paul Schembri, ressqet lil Luxol 5 punti ‘l bogħod pero’ hawn Loyola għamlu run oħra ta’ 12-5 bi trippli minn Jean Paul Azzopardi u Zammit. B’vantaġġ ta’ 13 –il punt Loyola setgħu jikkontrollaw l-aħħar sforzi ta’ Luxol biex rebħu l-partita 79-69.

 

Bupa Luxol: C.J. Cordina, M. Mercieca 4, A. Micallef 14, J. Willoughby, S. Shackleford 31, J.P. Schembri 3, N. Vasovic 13, T. Paris, E. Bonello, A. Micallef Trigona, J.P. Bonnici 4, S. Capello

Tata Motors Loyola: I. Buldakov, B. Zammit 8, A.Timor Sarrio, C. Cassar, S. Borg, L. Azzopardi, S. Vella 4, A. Axiaq 9, JP Azzopardi 11, J. Ransley, D. Mazzocchi 47.

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile, Alfred Carbonaro

 

A to Z Electronics Athleta 63

Siġġiewi 48

(21-11)(13-10)(12-14)(17-13)

 

Ic-champions to Z Electronics Athleta reġgħu lura f’ras il-klassifika wara rebħa fuq Siġġiewi 63-48. Siġġiewi setgħu jitilgħu fit-tielet post tal-klassifika li kieku rebħu din il-partita pero’ l-wirja tagħhom kienet fqira u ħafna iktar kien mistenni b’mod speċjali mil-player barrani tagħhom Marco Matijevic. Athleta rkupraw lil Kristin Baldacchino fil-waqt li Siġġiewi kienu mingħajr Clayton Agius pero’ rritorna Jide Jetson fil-waqt li lagħab ukoll Don Ross. Siġġiewi ħadu l-ewwel vantapp wara punti minn Chris Meier u Matijevic. Hawn Athleta bdew jirrispondu u kisbu trippla minn Omar Said u basket ta’ Steve Schembri għalkemm Alan Borg reġa’ poġġa lil Siġġiewi minn fuq bi trippla. Athleta għamlu break sabiħ ta’ 14-2 b’punti minn Said u Marco Todorovic fost l-oħrajn. Athleta kellhom diġa vantaġġ ta’ 10 punti fi tmiem l-ewwel sessjoni 21-11 u komplew iżidu l-vantaġġ kif bdiet it-tieni waħda wara trippla u basket ta’ Schembri. Sippiewi wieġbu minn Borg u Meier pero’ Todorovic u Schembri bi trippla oħra reġgħu rrispondew għal Athleta. Siġġiewi temmew is-sessjoni bi break ta’ 6-2 biex fl-intervall Athleta kienu 34-21 minn fuq.

Fit-tielet perjodu Siġġiewi għamlu tentattiv ta’ rimonta bi break qasir ta’ 7-2 u waslu sa’ 8 punti ‘l bogħod 28-36. Id-distakk naqas b’punt ieħor wara t-tieni trippla ta’ Borg għal Siġġiewi pero’ Athleta reġgħu għamlu tlett baskets mingħajr risposta biex reġgħu marru 11 minn fuq 46-35. Fl-aħħar sessjoni d-distakk bejn iż-żewġ timijiet baqa’ wieħed konstanti u hekk kif fis-sitt minuta, Schembri u Kristin Baldacchino għamlu żewġ trippli konsekuttivi c-champions serrħu rashom mir-riżultat. Il-partita għalqet b’żewġ baskets fuq kull naħa biex Athleta rebħu l-partita 63-48.

 

A to Z Electronics Athleta: D. Bugeja 6, M. Todorovic 17,  M. Giusti, S. Hagul, O. Said 15, S. Pace, W. Spiteri, K. Baldacchino 6, S. Bischoff, S. Schembri 19

Siġġiewi: N. Falzon, P. Shoults 4, E. Xuereb 7, A. Borg 10, D. Ross, C. Meier 13, A. Fekete 6, J. Jetson, M. Matijevic 8.

Referees: Bernard Vassallo, Alfred Carbonaro, Emanuel Mangani

 

 

Klassifika Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
A to Z Electronics Athleta

7

6

1

13

523

430

Floriana Francesco Fenech

7

5

2

12

619

523

Pavi Depiro

7

3

4

10

484

482

Bupa Luxol

7

3

4

10

533

555

Siġġiewi

7

3

4

10

452

484

Tata Motors Loyola

7

1

6

8

384

521

 





6 Comments

  1. Dolly says:

    Heqq basta hafna paroli izda Freddie rebah u kontra min????? ha ha

    [Reply]

  2. Oppinjonista Malti says:

    Mux biex niksrilkom qalbkom jew biex inmerikom…imma jekk taraw l-istatistici sew, hdejn l-isem D. Mazzocchi hemm miktub 47 i-punt. Nahseb dik figura sostanzjali. 

    Minghajr ma innaqqas xejn lil-coach il-gdid tal-Loyola Joe Zammit, u l-anqas lil players habbrieka tal-Loyola, nahseb li il-barrani ghamel differenza kbira.

    Is-siggiewi nahseb trid ittihom naqra cans. Wara bidla bhal dik m’hi facli ghal hadt! Niehu l-opportunita li Insellem lil coach Peter Farrugia min awn. Peter Farrugia kien dak li rebbah il-league lis-Siggiewi. 

    Awguri ghal-Loyola, ghal Joe Zammit, ghas-Siggiewi u anka ghal Fredy u nixtiiqilhom kull success.

    Il-loghoba tal-basketball sabiha ghal din ir-raguni… li hadd wara hadd…ir-rebha tasal ghal kulhadd!! U din is-sena izjed u izjed!!!!! 

    Sahha

    [Reply]

  3. Mikiel says:

    Prosit loyola – hlistu minn mazra u ara x’gara!!!

    [Reply]

  4. joseph says:

    Ghandek ragun rahal…..ejja nghiduha kif inhi …jien lil david nissugerilu biex jaghmel lil Karl Borg coach, sfortunatament ir-rizultati ituh ragun (jien kontrih dejjem) u nahseb li he’s the right man for Siggiewi….Xtahseb rahal

    [Reply]

  5. rahal says:

    Ghamlu akkwist is-siggiewi eh bi fredu. u kif telaq minn mal-loyola bdew jerbhu.

    [Reply]

    Nitbismu Naqa Reply:

    lol

    [Reply]

Leave a comment