Tasal l-ewwel rebħa ta’ Hibernians fil-kampjonat

Monday, February 20, 2017, 19:09

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

minn Colin Schembri

Hibernians baqgħu jittamaw f’post fil-play-offs wara li kisbu l-ewwel rebħa fil-kampjonat kontra Cynergi Depiro. Bupa Luxol approfittaw miż-żelqa tal-leaders biex laħquhom fil-klassifika wara rebħa fuq Starlites. Gżira Athleta kisbu żewġ rebħiet fi spazji ta’ ftit ġranet wara t-tkomplija tal-partita kontra Starlites u rebħa fuq Floriana MCP Car Parks.

Starlites 69

Gżira Athleta 102

(18-25)(14-27)(17-24)(20-26)

Din il-partita tkompliet wara li twaqqfet tlett ġimgħat ilhu minħabba l-umdita u Gżira Athleta kellhom vantaġġ ta’ 20 punt 52-32. Fit-tieni parti tal-logħba, Starlites kellhom xi players neqsin u sabu lis-shooters tal-Athleta f’burdata tajba. Athleta bdew bil-punti ta’ Peter Shoults għalkemm Starlites kellhom il-punti ta’ Ivan Mitrovic. Athleta komplew b’run qawwija ta’ 17-4 fejn kellhom ħames three pointers oħra, 3 minn David Camilleri u 2 oħra ta’ Shoults u temmew it-taqsima 76-49 minn fuq. Athleta komplew jiddominaw bi break ta’ 20-4 fl-aħħar perjodu b’diversi punti minn Roderick Vella, Michael Naudi u Josiah Whitehad. Huma għaqqdu l-mitt punt bi trippla ta’ Naudi qabel ma Starlites kellhom run finali ta’ 12-0 b’żewġ trippli ta’ Mitrovic biex Athleta rebħu l-partita 102-69.

Starlites: I. Mitrovic 34, R. Carabott, L. Vella, A. Schembri 2, C. Schembri, M. Falzon 2, A. Felice Pace 10, N. Stankovic 6, J. Formosa 15, M. Vella, M. Farrugia.

Gżira Athleta: M. Naudi 26, R. Vella 8, D. Camilleri 9, P. Shoults 21, F. Mifsud Bonnici, B. Zammit 10, S. Vincic 4, M. Gauchi Montaldo, J. Whitehead 24.

Hibernians 71

Cynergi Depiro 66

(13-20)(18-28)(22-10)(18-8)

Hibernians finalment ħadu l-ewwel rebħa fil-kampjonat biex żammew ħajjin it-tamiet tagħhom li jieħdu post fil-play-offs. Hibs kellhom players żagħżagħ nieqsa bħal Isaac Bonett u Kurt Sultana fil-waqt li Depiro kienu mingħajr Alvaro Querios. Depiro kellhom bidu qawwi però raw vantaġġ ta’ 17 –il punt li kellhom fl-intervall jisfaxxa fiż-żewġ sessjonijiet ta’ wara. Depiro kienu 11-4 minn fuq bi trippla ta’ David Bugeja. Hibs naqqsu d-distakk bil-punti ta’ Adrian Micallef u Marco Matijevic però Depiro għalqu s-sessjoni bi trippla ta’ Kurt Xuereb għal skor ta’ 20-13. Fit-tieni perjodu Depiro komplew iżidu l-vantaġġ bi trippla ta’ Timothy Zammit u l-punti ta’ DJ Mason. Hibs kellhom break qasir ta’ 8-2 bil-punti ta’ Alvaro Lizaur iżda Depiro b’run oħra ta’ 10-0 bil-punti ta’ Xuereb, Bugeja u trippla ta’ Steve Sammut biex daħlu jistrieħu 48-31 minn fuq.

Fil-ftuħ tat-tielet taqsima, ż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin biex Depiro żammew vantaġġ ta’ 13 –il punt 53-40. Hibs għamlu run ta’ 9-2 b’aktar punti ta’ Micallef u Matijevic biex naqqsu d-distakk għal ħames punti 53-58. Hibs komplew bil-mument posittiv tagħhom fil-ftuħ tal-aħħar taqsima b’run oħra ta’ 10-2 b’Lizaur u Matijevic jiddominaw taħt il-board u marru minn fuq 63-60. Depiro rkupraw b’basket ta’ Mason u trippla ta’ Robert Bonnici però punti konsekuttivi ta’ Micallef reġgħu poġġew lil Hibs fuq quddiem u żammew il-vantaġġ sat-tmiem u rebħu l-partita 71-66.

Hibernians: P. Attard, E. Xuereb, L. Farrugia 2, S. Attard 3, A. Micallef 14, M. Matijevic 25, S. Vella, F. Mariani 2, A. Lizaur 25.

Cynergi Depiro: S. Sammut 7, D. Bugeja 14, R. Bonnici 9, A. Aquilina 5, DJ Mason 18, T. Zammit 5, M. Mallia, K. Xuereb 8, M. Borg, D. Scafidi.

Referees: Bernard Vassallo, Emanuel Mangani, Christine Farrugia.

Starlites 64

Bupa Luxol 108

(13-29)(22-20)(15-26)(14-33)

Bupa Luxol approfittaw miż-żelqa ta’ Depiro ġurnata qabel

Ritratt: Wally Galea

u kisbu rebħa komda fuq Starlites 108-64.Luxol kienu mmexxija mit-trio William Ahlberg, Pierce Cumpstone u Samuel Deguara b’dan tal-aħħar ikollu total ta’ 47 punt flimkien ma’ 35 rebound. Starlites kellhom mument posittiv fit-tieni perjdou però r-riżultat qatt ma kien fid-dubju għat-team imexxi minn John Tabone.  Sa’ nofs l-ewwel taqsima Luxol kienu diġa 15-6 minn fuq b’punti minn Keith Dimech, Deguara u trippla minn Ahlberg. Luxol komplew b’run ta’ 14-5 b’Ivan Mitrovic jagħmel trippla għal Starlites għal skor ta’ 29-13. Fit-tieni perjodu, Luxol komplew bil-punti ta’ Deguara flimkien ma’ trippla minn CJ Cordina. Hawn Starlites kellhom mument posittiv bi tlett three pointers, wieħed minn Mitrovic u tnejn ta’ Ryan Carabott u naqqsu d-distakk għal 14 –il punt 35-19.

Luxol fetħu t-tielet taqsima bi tlett trippli mingħajr risposta minn Ahlberg u Cumpstone. Starlites ukoll kellhom trippla minn Anthony Schembri però Luxol għalqu l-perjodu b’run oħra ta’ 11-2 għal skor ta’ 75-50. Fl-aħħar sessjoni Luxol komplew jikkontrollaw u komplew ukoll bit-three pointers minn Ahlberg u Cumpstone flimkien mal-punti ta’ Deguara. Luxol għaqqdu l-mitt punt b’basket ta’ Jean Paul Schembri u għalqu l-partita b’żewġ baskets ta’ Marco Mercieca biex rebħu l-partita 108-64.

Starlites: I. Mitrovic 22, R. Carabott 10, L. Vella, A. Schembri 3, M. Azzopardi, M. Falzon 4, A. Felice Pace 3, N. Stankovic 14, J. Formosa 8, M. Vella, O. Psaila.

Bupa Luxol:  CJ Cordina 3, M. Mercieca 4, D. Meli, J. Maistre Melillo, JP Schembri 6, K. Dimech 7, W. Ahlberg 18, P. Cumpstone 21, S. Deguara 47, S. Cappello 2.

Referees: Bernard Vassallo, Stephen Micallef, Igor Marjanovic.

Gżira Athleta 70

Floriana MCP Car Parks 59

(23-11)(10-27)(17-8)(20-13)

Gżira Athleta komplew bit-truq tar-rebħ kontra Floriana MCP Car Parks u pattew ukoll għat-telfa li kienu ħadu fl-ewwel round fejn din kienet l-unika rebħa ta’ Floriana fuq Athleta dan l-istaġun. Wara bidu tajjeb minn Athleta, Floriana rkupraw fit-tieni sessjoni u saħansitra kienu minn fuq fil-halftime però kellhom diffikulta jagħmlu l-punti wara l-intervall. Athleta fetħu l-partita bi trippla ta’ David Camilleri u komplew bi break ta’ 15-0 bil-punti ta’ Josiah Whitehead, Roderick Vella u Peter Shoults b’dan tal-aħħar jagħmel trippla. Floriana finalment wieġbu bil-punti ta’ Chad Patus u trippla ta’ Nikola Vasovic però Athleta temmew l-ewwel sessjoni 23-11 minn fuq. Fit-tieni perjodu Floriana bdew jirkupraw u bdew bi break ta’ 10-2 bil-punti minn Anton Axiaq, Vasovic u Patus. Athleta sabu diffikulta fl-attakk u Floriana approfittaw b’żewġ runs ta’ 8-0 u 9-0 biex daħlu jistrieħu 38-33 minn fuq.

Wara l-intervall il-partita reġgħat daret favur Athleta li fetħu bil-punti ta’ Whitehead u Vella però għal xi waqtiet Floriana rnexxielhom iżommu l-vantaġġ. Basket ta’ Stefan Vincic ta l-vantaġġ lill-Athleta u huma komplew sejrin biex fetħu distakk ta’ 4 punti 50-46. Fl-aħħar taqsima, Athleta komplew b’run oħra ta’ 12-2 bi trippla ta’ Vella u l-punit ta’ Shoults u Whitehead. Floriana wieġbu permezz ta’ Sean Borg, Axiaq u trippla minn Nikola Andrejevic però qatt ma resqu viċin biżżejjed biex jinkwetaw lil Athleta li rebħu l-partita 70-59.

Gżira Athleta: M. Naudi 9, R. Vella 18, D. Camilleri 3, P. Shoults 9, F. Mifsud Bonnici, B. Zammit 2, S. Vincic 2, M. Gauchi Montaldo, J. Whitehead 27.

Floriana MCP Car Parks: C. Patus 10, S. Pace 2, S. Borg 4, N. Vasovic 18, C. Calleja 4, A. Axiaq 16, A. Micallef Trigona, N. Andrejevic 5.

Referees: Bernard Vassallo, Emanuel Mangani, Christine Farrugia.

 

Klassifika Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Cynergi Depiro

7

5

2

12

512

472

Bupa Luxol

7

5

2

12

566

490

Gżira Athleta

7

4

3

11

518

478

Floriana MCP Car Parks

6

3

3

9

463

443

Starlites

7

2

5

9

526

649

Hibs

6

1

5

7

462

515

Ritratt: Wally Galea





Leave a comment