Tasal l-ewwel rebħa ta’ Siġġiewi u Athleta jibqgħu mixjin

Thursday, December 2, 2010, 10:23

KAMPJONAT L-EWWEL DIVIZJONI

minn Colin Schembri.

Tata Motors Loyola 50
A to Z Electronics Athleta 80
(12-22)(12-12)(4-23)(22-23)

A to Z Electronics Athleta komplew għaddejin bil-mixja tagħhom fejn kisbu t-tielet rebħa tal-kampjonat u d-disa’ waħda konsekuttiva ta’ l-istaġun meta għelbu lil Tata Motors Loyola 50-80. Athleta kienu mingħajr Alexander Ryan fil-waqt li Clint Cassar kien nieqes għall-Loyola. Il-partita kellha bidu pjuttost kwiet u f’nofs is-sessjoni Athleta kienu punt minn fuq 7-6 b’Joe Galea jagħjjat l-ewwel time-out tal-logħba. Hawn kellna run ta’ 7-1 minn Athleta fosthom l-ewwel trippla ta’ Omar Said u marru 14-7 minn fuq. Loyola wieġbu bil-freethrows ta’ David Camilleri u trippla ta’ Sean Pace pero kienu Athleta li għalqu s-sessjoni bi break ta’ 6-0 u fetħu vantaġġ ta’ 10 punti 22-12. Punti minn Michael Naudi raw lil Athleta jkabbru l-vantaġġ għal 15-il punt 29-14 għalkemm Pace baqa’ jwieġeb għal Loyola. It-tieni sessjoni għalqet bi trippla ta’ Billy Zammit u basket minn Adison Bonnici biex l-Athleta baqgħu 10 minn fuq fil-mistrieħ 34-24.

Athleta ddominaw it-tielet perjodu fejn bdewh b’run ta’ 8-0 bi trippla oħra ta’ Said u Steve Schembri. Zammit waqqaf din ir-run pero’ reġgħu kienu l-Athleta li għamlu run qawwija ta’ 16-2 biex temmew it-tielet sessjoni 57-28 minn fuq. David Camilleri fetaħ l-aħħar perjodu bi trippla b’Naudi u Calleja jwieġbu għall-Athleta. Athleta komplew jinqatgħu mill-avversarji b’iktar punti ta’ Etienne Bezzina f’run ta’ 12-4. Lejn it-tmiem Loyola naqqsu d-distakk b’run ta’ 9-0 b’Jonathan Zammit jagħmel trippla għall-Athleta għal skor finali ta’ Tata Motors Loyola 50 A to Z Electronics Athleta 80.

Tata Motors Loyola: S. Pace 10, B. Zammit 9, D. Camilleri 8, S. Borg 3, M. Cilia, S. Vella 9, A. Axiaq 10, J. Mihailovic 4, J. Anastasi 4, J, Ransley 4, A. Tabone 2

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 16, J. Zammit 3,C. Galea, E. Bezzina 9, M. Giusti, D. Schembri 6  O. Said 11, C. Calleja 2, A. Bonnici 4, K. Baldacchino 11, S. Schembri 16.

Referees: Emanuel Mangani, Alfred Carbonaro, Clive Terribile

Siġġiewi Derby 65
Bupa Luxol 58
(19-8)(14-20)(13-14)(19-16)

Iċ-champions Siġġiewi Derby kisbu l-ewwel rebħa tal-kampjonat meta għelbu lil Bupa Luxol 65-58. Siġġiewi kellhom skwadra b’disa’ players biss u waqt il-partita tilfu wkoll lil Nigel Sultana fil-waqt li Andrew Cremona kien nieqes għal-Luxol. Petar Apcev li kien qiegħed jirritorna minn injury għamel l-ewwel basket tal-partita għall-Luxol pero’ Siġġiewi wieġbu b’run ta’ 13-0 inkluża trippla ta’ Alan Borg. Luxol wieġbu bi tlett freethrows ta’ Robert Azzopardi pero Marco Matijevic u Adrian Micallef għamlu iktar punti għal Siġġiewi qabel ma Apcev għalaq is-sessjoni bi trippla għal skor ta’ 19-8. Luxol fetħu t-tieni sessjoni bi trippla ta’ Jean Paul Bonnici pero’ Siġġiewi wieġbu b’iktar punti minn Matijevic, Micallef u Borg biex sas-sitt minuta kienu għadhom 12 minn fuq 27-15. Hawn waslet l-injury ta’ Sultana u Luxol għamlu break ta’ 8-0 u naqqsu d-distakk għal 4 punti 23-27. Micallef baqa’ jwieġeb għal Siġġiewi bil-Luxol jagħlqu l-perjodu bit-tieni trippla ta’ Bonnici. L-aħħar punti qabel il-mistrieħ ġew minn freethrows ta’ Micallef biex Siġġiewi daħlu jistrieħu 5 minn fuq 33-28.

Wara l-mistrieħ Siġġiewi reġgħu bdew tajjeb b’run ta’ 11-2 li bdewha bi trippla oħra ta’ Borg. Il-coach ta’ Luxol John Tabone għajjat time-out meta Luxol kienu 30-42 minn taħt u dan ħalla l-frott  għaliex Luxol għamlu run ta’ 10-0 fosthom żewġ trippli ta’ Apcev u fi tmiem is-sessjoni kienu 4 minn  taħt 42-46. Fl-aħħar sessjoni Matijevic kabbar il-vantaġġ ta’ Siġġiewi għal seba punti 49-42 pero żewg trippli ta Apcev u Antoine Costa taw il-vantaġġ lil Luxol għal-ewwel darba 52-51 fil-ħames minuta. Run ta’ 6-0 reġgħat tat ftit tan-nifs lil Siġġiewi u basket ta’ Peter Shoults poġġijhom 57-52 minn fuq. Luxol wieġbu b’basket ta’ Tom Paris pero Siġġiewi għamlu run oħra ta’ 7-0 biex serrħu rashom mir-riżultat u ħarġu rebbieħa 65-58.

Siġġiewi Derby: P. Shoults 9, J. Doughty, E. Xuereb 4, N. Sultana, A. Borg 14, A. Micallef 23, K. Borg, J. Jetson, M. Matijevic 15.

Bupa Luxol: CJ Cordina, M. Mercieca 4, R. Azzopardi 6, A. M. Trigona 2, P. Apcev 27, A. Costa 6, N. Vasovic 3, T. Paris 2, E.C. Montalto, J.P. Bonnici 8, S. Mizzi

Referees: Gordon Barbara, Clive Terribile, Alfred Carbonaro.





Leave a comment