- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Tasal l-ewwel rebħa għal Marvels Frank Salt

Posted By sportinmalta1 On March 12, 2018 @ 5:53 pm In Basketball,Featured | No Comments

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel 2 Diviżjoni

minn Colin Schembri

Hibernians 58

Gżira Athleta 84

(14-19)(13-22)(16-20)(15-23)

Gżira Athleta kisbu it-tmien rebħa tagħhom fil-kampjonat biex laħqu lil Depiro fit-tieni post hekk kif għelbu lil Hibernians 84-58. Athleta rkupraw lil Albert Serra u kellhom id-debutt tat-Taljan Carmelo Pucchia però kienu nieqsa Benoit Bartolo u Michael Guisti. Il-bidu tal-partita kien bilanċjat biż-żewġ timijiet iwieġbu lil xulxin bl-Athleta punt minn fuq 8-7. Hawn Athleta żiedu l-vantaġġ permezz ta’ punti minn Francesco Mifsud Bonnici u Stefan Vincic b’Kieron Caruana u Paul Attard iwieġbu għal Hibs. Luca Stefanovic u Mifsud Bonnici għamlu żewġ baskets oħra qabel tmiem it-taqsima għal skor ta’ 19-14. Fit-tieni perjodu Athleta bdew b’run ta’ 9-2 bil-punti ta’ Nathan Xuereb u trippla ta’ Serra. Caruana wieġeb għal Hibs b’żewġ three pointers biex żammhom viċin għalkemm Athleta temmew il-perjodu bi break ieħor ta’ 7-2 biex daħlu jistrieħu 41-27 minn fuq.

Wara l-intervall, Athleta kabbru l-vantaġġ għal 20 punt wara aktar punti ta’ Serra u Stefanovic.  Hibs irrispondew bi trippla minn Attard flimkien ma’ Kurt Sultana bl-Athleta jagħlqu t-taqsima bil-punti ta’ Stefanovic u Pucchia għal skor ta’ 61-43. Fl-aħħar taqsima ma tantx kien fiha storja hekk kif Athleta kienu dominanti b’run qawwija ta’ 19-2 li bdewha bi trippla ta’ Serra flimkien ma’ Vincic, Mifsud Bonnici u James Caruana. Hibs kisbu tlett three pointers minn Caruana u Attard biex naqqsu xi ftit l-iżvantaġġ li kellhom hekk kif Athleta ħarġu rebbieħa 84-58.

Hibs: A. Galea 2, M. Formosa 2, K. Sultana 11, P. Attard 12, I. Bonett 9, R. Aquilina, J. Piscopo, K. Caruana 22, M. Laferla.

Gżira Athleta: F. Mifsud Bonnici 12, C. Pucchia 2, A. Serra 36, L. Stefanovic 10, M. Gauchi Montaldo 2, N. Xuereb 6, J. Aquilina, J. Caruana 2, S. Vincic 11, J. Ransley 2, M. Cilia 1.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Vladimir Nikolic

Siġġiewi 66

 

Starlites GIG 61

(20-18)(15-12)(19-16)(12-15)

Siġġiewi għamlu d-double fuq Starlites GIG b’rebħa sofferta ta’ 66-61 hekk kif Starlites irnexxielhom jirkupraw minn żvantaġġ ta’ 14 –ul punt u jagħmlu l-iskor indaqs fl-aħħar minuta però sofrew ir-risposta finali ta’ Siġġiewi. Siġġiewi kellhom nieqes lil Grieg Konstantinos Arvanitakis u lil Miguel Baldacchino fil-waqt li Josef Attard kien nieqes għal Starlites. Kienu Starlites li fetħu bi trippla ta’ Ian Felice Pace u komplew bil-punti ta’ Julian Wait u Miguel Falzon għal skor ta’ 7-2. Wara time-out, Siġġiewi bdew jirkupraw speċjalment bil-punti ta’ Hubert Agius u Milan Nedic. Trippla ta’ Falzon rat lil Starlites jiftħu vantaġġ ta’ sitt punti 18-12 qabel ma Siġġiewi għalqu s-sessjoni bi 8 punti mingħajr risposta għal skor ta’ 20-18. Fit-tieni perjodu l-punti naqsu għalkemm kien hemm three pointers fuq kull naħa. Trippla ta’ Roberto Alosco flimkien ma’ baskets ta’ Alex Novakovic rat lil Siġġiewi jiftħu vantaġġ ta’ 8 punti u minkejja li Starlites wieġbu bit-three pointers ta’ Felice Pace u Owen Psaila, fl-intervall Siġġiewi kellhom vantaġġ ta’ 5 punti 35-30.

Fit-tielet taqsima kienu Starlites li naqqsu d-distakk għal punt qabel ma Siġġiewi run ta’ 19-6 bit-trippla ta’ Novakovic u JP Antoncic flimkien ma’ Nedic u Agius biex fetħu vantaġġ massimu ta’ 14 –il punt 54-40. Starlites ma ċedewx u għalqu s-sessjoni b’sitt punti mingħajr risposta minn Felice Pace u Falzon għal skor ta’ 54-46. Fl-aħħar perjodu kienu Starlites li komplew bil-punti ta’ Mirco Azzopardi flimkien ma Matthew Scerri u għamlu l-iskor indaqs 61-61. Siġġiewi kellhom punti deċisivi minn Agius u Nedic speċjalment mill-free-throw line u rnexxielhom iżommu l-vantaġġ sat-tmiem 66-61.

Siġġiewi: A. Novakovic 17, JP Antoncic 3, M. Nedic 12, J. Lisandaur, H. Agius 24,  J. Carter, R. Alosco 5, R. Camilleri 4, A. Baldacchino, O. Shamala 1.

 

Starlites GIG: O. Psaila 7, M. Azzopardi 7, L. Vella, I. Felice Pace 10, M. Scerri 10, M. Falzon 15, I. Pace, M. Vella, J. Wait 6, A. Xuereb 6.

Referees: Nicky Azzopardi, Kamil Dworniczak.

Luxol 59

Balkan Fusion 70

(12-19)(15-17)(10-14)(22-20)

Balkan Fusion pattew għall-unika telfa li ġarrbu s’issa dan l-istaġun meta għelbu lil Luxol 70-59 biex saħħew l-ewwel post tal-klassifika. Luxol kellhom ir-ritorn ta’ Vukassin Jandric u Keith Dimech però kien nieqes Michael Sjoberg. Balkan kellhom nieqsa lil Nemanja Radicevic u Vasilje Lekovic. Luxol fetħu l-partita bi trippla minn Liam Caruana Montaldo però r-risposta ta’ Balkan kienet immedjata bi break qawwi ta’ 17-2 bil-punti ta’ Bogdan Ilic li kellhu wkoll trippla, Bogdan Mrkojevic u Ivan Kumruc. Wara żewġ baskets minn Clayton Calleja u Dimech għal Luxol, Ilic irrisponda għal Balkan għal skor ta’ 19-12. Fit-tieni taqsima Balkan bdew b’run oħra ta’ 8-2 qabel ma Vukassin Jandric beda jikseb il-punti għal Luxol. Zika Stankovic wieġeb bit-trippla għal Balkans li daħlu jistrieħu 9 minn fuq 36-27.

Fit-tielet sessjoni l-andament tal-partita baqa l-istess bil-Balkans jiftħu b’run ta’ 10-2 bi trippla ta’ Alex Perunicic. Calleja u Jandric wieġbu għal Luxol bis-Serb ikollhu wkoll trippla però Balkans baqgħu 13 minn fuq 50-37. Fl-aħħar taqsima Luxol bdew b’żewġ trippli minn Jandric u Juan Navarro biex naqqsu d-distakk għal 9 punti. Però Balkan ġew lura b’run ta’ 11-2 kollha minn Ilic u reġgħu kabbru l-vantaġġ għal 18 –il punt 63-45. Lejn it-tmiem, Luxol kellhom break qasir ta’ 7-2 li serva biex jagħmlu l-iskor aktar rispettabli hekk kif Balkans ħarġu rebbieħa 70-59.

Luxol: L. Caruana Montaldo 3, V. Jandric 25, B. Caruana Montaldo 2, K. Dimech 8, C. Calleja 10, J. Navarro 3, A. Micallef 8, M. Steenkamer.

 

Balkan Fusion:  M. Stjepanovic 4, B. Ilic 28, I. Kumric 7, S. Opojevlic 7, A. Perunicic 8, Z. Stankovic 3, B. Mrkojevic 8, N. Bukva 1, N. Stankovic 4.

Referees: Bernard Vassallo, Emanuel Mangani.

Victoria Libertas 46

Marvels Frank Salt 49

(13-16)(12-5)(14-12)(7-16)

Marvels Frank Salt kisbu l-ewwel rebħa tagħhom fil-kampjonat meta għelbu lil Victoria Libertas 49-46 biex issa ż-żewġ timijiet għandhom rebħa kull wieħed. Libertas kienu mingħajr Emanuel Lupo però kellhom lura lil David Agius. Marvels fetħu bil-punti ta’ Nicolo Guida u trippla ta’ Darren Debattista. Libertas ukoll wieġbu bi trippla minn Nicolo Petrucci flimkien ma’ Daniele Miani u Michel Farrugia. Marvels komplew bit-three pointers minn Guida u oħra ta’ Debattista biex temmew it-taqsima fuq quddiem 16-13. Fit-tieni perjodu Libertas dawwru l-iskor favur tagħhom b’run ta’ 12-2 bi trippla ta’ Petrucci biex daħlu jistrieħu 25-21 minn fuq.

Wara l-intervall, Marvels reġgħu ħadu l-vantaġġ bil-punti ta’ Christian Briffa u Guida. Libertas irkupraw u għamlu break ta’ 8-0 primarjament minn David Agius u fetħu vantaġġ ta’ 8 punti 37-29. Marvels għamlu żewġ baskets oħra minn Quentin Bugeja u Luke Azzopardi però Libertas kienu għadhom minn fuq 39-33. Fl-aħħar perjodu, Marvels bdew b’seba’ punti mingħajr risposta b’żewġ trippli minn Azzopardi biex marru minn fuq. Libertas ħadu l-vantaġġ għall-aħħar darba wara punti minn Sean Mizzi għaliex Marvels għamlu break ieħor ta’ 8-0 bi trippla minn Andrew Morris. Punti minn Agius ressqu lil Libertas basket ‘l bogħod però Marvels żammew sod biex ħadu r-rebħa fuq skor ta’ 49-46.

Victoria Libertas: W. Spiteri, M. Farrugia 6, D. Agius 18, K. Galea, N. Petrucci 11, S. Mizzi 5, P. Caruana, D. Miani 6, V. Barbu, B. Soler.

Marvels Frank Salt: G. Borg, N. Guida 9, D. Pisani 2, R, Curmi, D. Debattista 6, L. Azzopardi 16, A. Morris 3, C. Briffa 9, Q. Bugeja 4, D. Borg.

Referees: Nicky Azzopardi, Vladimir Nikolic.

Klassifika Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Balkan Fusion

11

10

1

21

841

542

Gżira Athleta

10

8

2

18

785

614

Depiro

10

8

2

18

810

678

Luxol

10

7

3

17

719

685

Hibernians

11

6

5

17

684

758

Siġġiewi

11

4

7

15

657

771

Startlites

11

3

8

14

702

783

Victoria Libertas

11

1

10

12

541

687

Marvels Frank Salt

11

1

10

12

566

787


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/tasal-l-ewwel-rebha-ghal-marvels-frank-salt/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.